Ma kontx żbaljat.
Ma kontx żbaljat
xħin kont qed ħdejk
U ħsibt li ser
tnessini
Id-dieqa
tal-waqtiet u tal-burdati.
Illum inħares lejk
u dritt nintebaħ
li mhux lilek ridt
biex inessini
ix-xejn tal-eżistenza.
Issa li qegħed’
hawn tkun merħba bik;
Iżda jien nibqa nixtarr
Jekk kien il-waqt
li nebbaħ in-nebħ ħieles,
Inkella n-nebħ li
welled il waqt
Li ma kienx f’waqtu.
Alfred Grech.
09/11/2017
No comments:
Post a Comment