U Dak Li Tara.
U dak li
tara!
Xi tkun qed
tara
Xħin tiftaħ
għajnejk?*
Tara
l-kwiekeb qed ipetptu
Tara d-dalma
fuq għajnejk,
Tara kollox
bla ma tara,
Terġa’ lura
minn fejn ġejt.
Bħalma
l-weraq tal-ħarifa
Tara jdur u
jtir mar-riħ,
Hekk
inħossni ndur u nagħqad
Bħal min
lanqas hu f’sessieħ.
X’terġa’
tara malli tiftaħ
Tbexxaq ħarstek
f’dawl għajnejk,
Jiena lilek
nerġa’ nara
Demgħa ġġelben
fuq ħaddejk.
Iżda din
mhix ħemda vojta,
Dan hu skiet
li ridtu jien.
Lilek nerġa’
nsib ma wiċċi
Għax fittixtek
kullimkien.
Alfred Grech
15/11/2017.
*”Tħabbat
Xtaqtek Djarju Mill-Ermitaġġ” Gioele Galea paġna 25.
No comments:
Post a Comment