Huma l-Kwiekeb.
Huma l-kwiekeb li qatt ma stajna mmissu
Li minn xulxin il-bogħod qed iżommna,
F’dan l-univers iħares lejħ innifsu,
F’kontemplazzjoni ħiemda li toftomna.
Għalxejn għollejt il-ħajt li hemm bejnietna:
Mhux int li qed iżżomna li niltaqgħu
Hi biss l-immesita’ li hemm bejnietna
U l vastita' tal-kwiekeb li jinfaqgħu.
Alfred Grech
30/11/2017
No comments:
Post a Comment