XXXI.
Li ma kontx int, ma
nafx min kien għalija,
Tiżboq kull ħolm ta’
surtek l-isbaħ binja,
Li ma kontx int ma
nafx min kien jimliha
Ħofret min jien u ż-żmien
l’għamilt fid-dinja.
Stajt kont ħaġ’oħra
f’ħajja wisq qasira,
Flok dik il-warda li
damet ftit biex tiftaħ,
F’dawk il- waqtiet,
Narċisu ħdejn l-għadira
Lanqas kien jaf, ma
kienx aħjar min iblaħ.
Iżda ma kontx f’miżien
li spiċċa mmejjel,
Lanqas tinħeba
lmaħtek għax mistħija,
Dak li ma kontx
jien qatt ma stajt inkejjel,
Wara l-istar,
sultana tas-sbuħija.
Jekk inti kont, nurik
kemm jisgħobija,
Ma jimpurtax jekk
tibqa’ ftit moħbija.
Alfrede Grech
08/11/2011.
No comments:
Post a Comment