Thursday, 2 November 2017



Ma Ngħumx f’Dawn l-Ilmijiet.

Jiġini li nistaqsi:
X’ġejt nagħmel dakinhar
Nittawwal fuq ix-xifer?
Kont nilgħab qed man-nar!

X’ġejt nagħmel jien nissoġra
Imbiddel dak li naf,
Ferħan ma kontx bli għandi,
Għax nasal ridt sat-taf?

Bħal meta tifel ċkejken
Twissieħ u ma jridx jaf
Sakemm jinħaraq darba
Il-ġilda mbagħad tixraf.

Minn qabel naf il-logħoba,
U kont qed naħli l-ħin,
Li ser jidispjaċini
Tagħllimt matul is-snin.

Biex issa bl-esperjenza,
Mhux biss bit-twissijiet,
Sirt naf ma min hu bħalek
Ma ngħumx f’dawn l-ilmijiet.
Alfred Grech

02/11/2017

No comments:

Post a Comment