Erħilhom.
Erħilhom l-isqra li sikwit joborxu s-sema bid-dagha faħxi
jirgħu fil-fewġa tal-qerq u tal-ipokrisija
f’dal-jum ifawwar l-infamja u l-mistħija.
Erħilhom dawk l-għorrief li lanqas għandom riffied ta’ skruplu
li jaqbżul bħal għażżiela ġol foresti tad-dlam u tal-għammieq
biex jiġu mbagħad l-ilpup feroċi
joqomsu u jiżfnu żifna fuq l-oqbra tal-martri.
Jien ngħid għalija miniex magħhom,
u qed intenni dina l-għanja
minflok oħra ghax naf żgur li din
mhix poeżija.
Dan hu biss dmugħ tal-kukkudrilli
tnegħida tal-ipokrita,
inkella fissazzjoni biex inkebbes
il vortiċi li fih waqgħet dina l-art
mimli pressjoni.
Din hija narrattiva tal-estasi
ta’ dawk li jagħmlu l-aktar ħsejjes
ta’ dawk li qatt ma taf fejn inti magħom
ta’ dawk l-indottrinati
tal-indixxiplinati
ta’ min qaddis qed jqgħmel
mix-xjaten infernali
ta’ min ix-xrar ikebbes
u barka jġib papali,
Alfred Grech
03/10/2017.
No comments:
Post a Comment