Jien Xtaqt Nintilef.
Jien xtaqt
nintilef issa fis sbuħitek,
Ninġarr mill-karru
ħieles tal-passjoni,
Fis-sakra ma
narax ma nafx x’qed jiġri,
U kollox
aċċettat f’dil-purċissjoni.
Jien xtaqt
immiss is-sema u ngħod il-kwiekeb
Sal-lum
ferħan għax qieghed hawn bi kwieti;
Għax is-sabiħ
mhux aktar li hu tiegħi,
Li hu fil-qrib
jew dak li hemm fi bwieti.
Hu dak li
jġib l-isfidi ineżorbbli,
Hu l-moħħ li
dejjem jgħum fis-sensazzjoni,
U ma jridx
jifga f’dak li hu banali,
Xħin wietja
t-triq, strument tal-perkussjoni.
Jekk ninżel
għarkubtejja hawn quddiemek,
Mhuwiex dan
xi sinjal ta’ debolezza,
Għax bħalek
hawn kemm trid iżd’int biss f’moħħi
Dan hu jekk
trid rigal ta’ ġentilezza.
Alfred Grech
25/11/2017
No comments:
Post a Comment