Is-Saltna tal-Mibgħeda.
Iss’int
bqajt lura għax jien beżżajetek,
It-tnejn
nitgħabnu konna bħal suldati,
Is-sentinelli
f’lejlta’dlam u sahra
Imqar jekk
ma konniex ma dawk il-fdati.
Nitperċċu
fuq is-swar u l-parapetti,dil-fortizza,
U bqajna ma
bżajniex mit-tiri tagħhom,
U bqajna
hawnhekk inżommu;
Bħax-xjaten
ġew biex iġorruna magħhom.
Għax issa
lanqas għandna wisq niddejqu
Li l-ħmieġ u
l-ħama waslu sa riġlejna,
Iċ-ċpar ta’xfar
għajnejn l-indifferenza,
Biss għada
rridu nkomplu fejn ħallejna.
Hawnhekk
tirrenja s-saltna tal-mibgħeda,
Tal-jien
sfrenat isawwat bla ma jegħeda.
Alfred Grech
04/11/2017
No comments:
Post a Comment