Imqar Jekk Sirt Furban.
Imqar jekk sirt furban tal-karibew
Inti tibqa’ troxx fuqi l-istilel tal-fidda,
U tonfoħ in nifs tiegħek, u xi minn daqqiet
Iddawwar rasek ħalli tara fejn jien qiegħed.
Imqar li kont kursar mingħajr liċenzja u bla bandiera
Inti terġa’ tiġi ma kull sejjħa tas-sirena.
Jien il-ħalliel li qatt ma seraq, qaddiz ta’ bla ndulġenzi.
Jien Robin Hood li jgħix Il-bogħod mil-wens tal-liġi.
Għalhekk toqgħodx turini mnejn ħaddieħor għadda,
Inkella l-iskalluni tas-sellum biex nibqa’ tiela’.
Jien issa nibda naqra bil-maqlub
Kull kelma kull frażi li tagħllimt,
kull sillaba
Żnaturata u żmembrata
U nfittex nara jekk għandix iknkompli tiela’ ma dan il-ħajt tal-kenn
Biex ngħodd il-bieżaq li jinfaqgħu.
Alfred Grech
07/11/2017
No comments:
Post a Comment