Wednesday, 8 November 2017



Indur U Nagħqad.

Indur u nagħqad sa ma nasal għandek
Filwaqt li int fir-raġġi sħan titbissem
Biex nagħmel sens minn dak li nara’ u nisma’
Inkella noqgħod hawn nitbekka l-għajja,
U ż-żmien ma jeżistix.
Jien noqgħod hawn nistaqsi jekk hix ħolma
Li rrakkontajna lil xulxin bla ma ħlomniha
Fl-eklissi eterna, fid-dlam skjerat ta’ lejla
Fil vortiċi żlugat ta’ dil-belliegħa imdennsa.
Jien għedtlek dak naf li kelli ngħidlek,
Mingħajr ma ħadd għallimni kif nitkellem,                                                           
U bqajt ma nbaħtx bil-ħasara lio qed nagħmel
Il ħsara li nagħmel lili nnifsi.
Il-ħlewwa tiegħek bħas-sbuħija
Tirradja fjamma trasluċenti
Imbagħad tintilef f’dalma etern ta’ toqba
Sewda li tibla l-eżistenża tagħna.
Tkellimni b’kull ċaqliqa li tiċċaqlaq
U fl-aħħar tasal għad tipperswadini
Biex nasal għad lil hinn sa fuq ix-xifer
U hemm nisfida ’l-dak li kont u li għamilni.

Alfred Grech
08/11/2017






No comments:

Post a Comment