Aħjar.
Aħjar toħlom
milli tħabrek biex tbiddel
id-dinja ta’ madwarek.
Aħjar kastelli tibni fl-arja
milli titmattar biex tilħaq
għad
is-sema
għax is-sema jibqa’ hemm ma
jinbideilx,
iħares l-isfel
fuq purċissjoni nemel.
L-imħabba hija l-leħen li
jistordik
jirbombja ġewwa fik u qatt
ma jaqta’
int għandek biss titlgħallem
tissemmagħlu.
Tterraq kemm trid
il mogħodijiet tal-fehema
t-tajba
iżda r-rieda għad m’għandekx
biex tasal għad x’imkien.
Jekk għad tissokta l-mixja
ssib
li tħares qed fil-bogħod
lejn l-oċeani
lejn xtajtiet ta’ mewġ
il-baħar.
Jista’ jkun ukoll li tagħżel
li tgħix
bil-misteri kollha tiegħek
imbagħad ejja ħdejja
jien nistenniek lilhinn mill-oċeani
taħt qamar kwinta.
Alfred Grech.
07.08.2019.
No comments:
Post a Comment