Għaddejjin Bħal Rieqda Mqajjma.
Għaddejjin bħal rieqda
mqajjma
minn fuq il mewġ tal-ħolm
imsikket
bħal bastiment
mistħajjel li jaf jidher
u ma jidhirx.
Imbagħad nistembħu biex
nintebħu
li ż-żmien kien għadda
u ċ-ċpar kien telaq
u li t-tajr tal-passa m’għadux
ipassi
minn dawn l-inħawi.
Imbagħad nintebħu li mhux
aħna
nħollu l-irmiġġi u nħallu
d-dagħjjes
jintellqu mal-kurrenti xħin
jofroħ il-baħar.
Imbagħad nintebħu li jkun
għalxejn
li nissieltu kontra l-ħalel
għaliex dan baħar ta’ bla
xefaq.
Alfred Grech
02.08.2019
No comments:
Post a Comment