Irqadna.
Irqadna lkoll kemm aħna
U lanqas tajna kas
Id-dudu kompla jgerrem
Ir-romblu baqa’ jrambal
Il-bini baqa’ tiela’
l-asfalt jidied kuljum.
Irqadna lkoll kemm aħna
Qajjmuna bit-twerwir
Tisbit, tismir, tisbita
Żarżir. twerżieq, żegħir.
U lanqas stajna nemmnu
Li mhemm mistrieħ imkien
Għax bnewlna kull fejn sabu
Ma baqa’ xejn li kien.
Alfred Grech
19.09.2019
No comments:
Post a Comment