Thursday, 22 August 2019


Image result for looking from mountain top

Għolejt.

Għolejt fuq kull quċċata
U xorta ma rajt xejn;
U dħalt sew ġo kull rokna
Infittex imma għalxejn.

U tlajt ukoll mas-siġar
Li jistgħu jagħtu l-frott,
Ma kollha xorta waħda,
Il-frott ħażin u xott.

Staqsejt għal kemm il-darba
Hawnhekk jien għaliex ġejt,
Għalfejn dat-taħtbit kollu?
Daqshekk! Għax issa għajjejt.

U xħin int issejjaħli
Tistaqsi x’qed inħoss,
Jien lanqas naf inwieġbek
U f’qalbu nibqa’ nross.

Alfred Grech
22/08/2019


No comments:

Post a Comment