Trasfigurazzjoni.
Imqanqal kien il baħar
u qawwi kien ir-riħ
tal-maltempati mrammla
li qajjmu ħafna mwieġ.
Iżd’inti qatt ma tħalli
s-saltna tad-duħħan
bħas-sħab għaddejn minn fuqi
u f’daqqa uragan.
u xħin jgħaddi dan ir-riefnu
inti tiġi żżurni u tgħidli
li kienet ħolma,
ħalli l-mistħajjel jimraħ.
Jien nigdem difrejja
nistenna l-ħin għaddej
u kull minuta nħares
lejn il minutiera taqbeż.
Tgħid għad titfaċċa
għall-għarrieda
bint l-allat fuq ix-xefaq
profil ta’ għamla ġdida
biex minn issa niġġedded
fi trasfigurazzjoni?
Alfred Grech
08/08/2019.
No comments:
Post a Comment