Sunday, 18 August 2019

Image result for elegant woman walking painting classical


X’Tiġi Tagħmel?

X’tiġi tagħmel jekk kull darba
trid tobromni mal-kurrent,
u tistenna li ntennilek
dak li llum tgħallimt bl-amment.

X’tiġi tagħmel jekk kull darba
li nsejjaħlek titlaq ’l-hemm?
għax hawnhekk il grazzja kollox,
għax id-demm qatt ma jsir semm.

X’tiġi tagħmel? Għax jekk tiġi,
tkun fin-niċċa ma qaddis,
u tintefaħ, tibda’ tiela’
u malajr issir bla pis.

X’tiġi tagħmel biex bħal dari,
timla’ s-sema bil-kubrit,
u flimkien inġeddu nerġgħu
kull tifkira b’dan ir-rit?

Tiġi xejn u fejn int ibqa’,
qabel torqod itfi’ d-dawl,
imbagħad ċempel, għidli: ġejja!
biex intemmu dar-ritwal.

Alfred Grech
18/08/2019

No comments:

Post a Comment