U Issa Xi Trid?
U issa xi trid
Mhux biżżejjed li sraqtli biċċa minn ħajjti?
Kull meta tiġi inti
s-sema jibqa’ sieket
il-kwiekeb jieqfu jteptpu
u l-qamar donnu jikfes.
Kelli nitbiegħed ftit
Biex nisma’ t-ton ta’leħnek
U nibda nifhem ftit
Inti min int
U sewwasew x’ridt tgħidli.
Illum ma baqa’ xejn
Neħħejna l-barrikati
U stajna nifhmu aħjar
Il-ħsejjes ta’ ġo fina.
Alfred Grech
14.08.2019
No comments:
Post a Comment