Tuesday, 13 August 2019


Image result for impossible


Igħidulek.

Igħidulek bil-ħsieb ħieles
U t-tarf ma tafx fejn hu
Li jkollok pjan ġo moħħok
U l-pjan ma tafx xhinu.

Jgħidulek li trid timxi
U timxi wkoll fit-tul,
Bla taf fejn għad trid tasal
U dejjem tkun mifxul.

Jgħidulek li trid taqdef
Inkella tibqa’ l-art
U tarġa wara l-oħra
U qatt ma tkun inġbart.

U lanqas taf fejn sejjer,
U lanqas taf mnejn ġej.
U dan il-ġiri kollu
U dan il-ġenn għalfej’?

Alfred Grech
13/08/2019


No comments:

Post a Comment