Toħroġ
il-Barra.
Toħroġ il-barra lil hinn mix-xefaq
u tqgħti daqqa t’għajn
lilek innifsek u tara
jekk hemmx u jekk hemm
kemm il-leħen hemm jitħadded
u tara jekk tagħżilx imqar wieħed minnhom
illi tagħraf li hu
tiegħek.
Fuq il qċaċet tal-mewġ
jisseqqer il-gawwi
jfittex biex nitrejjaq.
Trid toħroġ il-barra
tfittex ażil bħal għasfur tal-passa
u jgħidulek li postok mhuwiex hawn
jew jisparawlek.
Trid toħroġ il-barra
tfittex ażil mill bombardament kontinwu
ta’dak li jagħmlek int min int
taċ-ċirku qasir
li jnebbaħ dawk it-tqanqiliet
li mbagħad tispiċċa tikteb.
U tistenna li mqar jekk inti ma tifhimx
lilek innifsek
xi darba għad jitfaċċa dak
li jista’ jaqrak u jifhmek.
Alfred Grech
16/08/2019.
No comments:
Post a Comment