Thursday, 22 August 2019


Image result for door knockers

Mhemm Xejn.

Mhemm xejn sfurzat f’dan kollu,
Int taf li d-dinja tagħna
Titwessa’ kemm irridu
Sakemm  il-ħolma  tibqa’ twelled
Fuq sħab ta’ mingħajr pis.

Imqar jekk dritta mhix it-triq
U fiha nżul u tlajja
l-għanja tagħna tibqa’ għaddejja
sakemm għad ninqabdu
fit-traffiku ġġammjat.
Nibdew ngħidu r-rużarju
Biex jgħaddi l-ħin.

Jekk qiegħda tfittex xi miraklu
Ħares ftit ġewwa fik
U ħabbat il-ħabbata
Ta’ qalbek.

Hemm rokna f’tarf id-dinja
Il-bogħod mil-għajn tan-nies
Hemmhekk toħlom kemm trid.

Alfred Grech
22/08/2019

No comments:

Post a Comment