Sunday, 8 October 2017



Hai Mai Chiesto?

Hai mai chiesto
che questo non e’ quello che dovevi fare sin dal inizio?
che ci sono alte destinazioni
per quali sei chiamato?
Hai mai pensato che il tempo passa senza che te ne accorgi?
Il tempo  passava prima che tu arrivassi
e che passera’ anche dopo la tua partenza,
O forse non passera mai, chi sa?
E che forse non ci fosse il tempo
ed il tempo non sara’. . . . .
Hai  mai pensato
che tutta questa storia
cominciava da chissa quando
e finira’chissa come?
e che con te o senza  te
il tempo ci sara’ per sempre?
Che quando stavi scivolando nella grondaia
il tempo passava ancora,
 anche perhe’ tu non ti accorgevi
che sopra di te billavano  le stelle

Alfred Grech.

08-10-2017

Saturday, 7 October 2017



Tkun Biċa Mis-Sistema.

Tkun biċċa mis-sistema
U tidħol fl-ingranaġġ;
Titgħallem narrativa
Li hi wild tar-rappurtaġġ.

Tkun biċċa mis-sistema,
Fejn ma jitniffes ħadd,
Taparsi li qed jiġri,
Għax komdu qed kulħadd.

Għalfuna dak li riedu
Titkellem m’hemmx għalfejn,
Qagħadnielhom aħna għal kollox,
U ħadd ma jsaqsi xejn.

U l-makna tibqa’ tqarmeċ
U r-romblu jibqa’ għaddej,
Id-dras ikomplu jkissru
Biex tinsa’ minn fejn ġej.

Alfred Grech

07/10/2017

Friday, 6 October 2017



Jien Nikteb.

Jien nikteb mhux biex noqgħod
Nitpaxxa b’dak li ngħid,
Bħal min ried jieħu prosit
U jaf li għadu ’l-bgħid.

Bħal min ġol mera jħares
U jogħġbu dal li ra,
Narċisu jħares fl-ilma
U tgħidx pjaċir kemm ħa.

Jien nikteb bħal min jieħu
In-nifs li jsir duħħan,
Bħal min il-pipa jpejjep
U kollni nsir għarqan.

Jien nikteb għax ġo fija
Ibaqbaq kaldarun,
Inħossni rrid nisplodu
U ntajjar il-misħun.

Jien nikteb għax ġo fija,
Iriegħed bħal vulkan,
Bħal riħ li jiknes, jobrom
Sa fl-aħħar uragan.

Alfred Grech

06/10/2017

Thursday, 5 October 2017



Inti Li Tħobb Tinħeba.

Inti li tħobb tinħeba
Fid-dalma ta’ bil-lejl
Warajk tħallili r-rieħa
U xewqa ta’ bla kejl.

Inti li tisparixxi
Fid-dħaħen u fi-ċpar
Għasfur li beda jgħanni
U f’daqqa tar u mar.

Inti bħal poeżija,
Xi drabi mka nifhmekx;
Iżżurni xħin jiftillek,
U ara ma tlumekx.

Inti sibilla tbassar,
Nisimgħek, ma narakx,
Fit-tempju mqaddes tiegħek
Tiskanta għax ma nafdakx.

Leħen li qatt ma dewa
Tibbrilla bħal kristall
Il-ħlewwa li ddewwaqni
Daqs l-għasel qed jinħall.

Tikber fil-baħħ li tħalli
Misteru ma taraħx,
Werqa li trid tittajjar
Mar-riħ li ma jiflaħx.

Alfred Grech
05/10/2017


Wednesday, 4 October 2017



Skiet

Bħal-tren mingħajr binarji,
jew dell li bqajt ma rajtx,
fil-poeija tħalli
il-leħen li ma smajtx.

Dan skiet li qatt ma jdiwi,
isaltan biss ir-riħ,
mal-weraq li jġorr miegħu
fil-misraħ b’ta ġo fih.

Tikber fil-baħħ li tħalli
u mit issir mill-ġdid,
biex terġa’ tisparixxi
fid-dinja tat-taħwid.

Alfred Grech

04/10/2017

Tuesday, 3 October 2017



Xħin Jerġa’ Jitla’ l-Ajru.

Xħin jerġa’ jitla’ l-ajru,
Fis-sħab tas-sentimenti,
Il-patali tal-warda,
Mar-rwiefen u l-kurrenti.

Tas-sewwa li jixxokkja.
Tal-qalb li tħabbat qawwi,
Lumija qed tingħasar
U l-ħafna krib tal-gawwi.

Kellimtni fuq l-imħabba
Infxilt u tlift ir-radda,
Mal-melħ fid-dmugħ iġelben,
U t-tbajja fuq l-imħadda.

Hu dakl li tridu qribek
Li jixbaħ l-akbar għadu,
Bħal pixxiplamtu jirgħa,
Għax hemm min qed jistagħdu.

Xħin jerġa’ jitla’ l-ajru,
l-riwiefen ta’ ġo fija
Tintasab fuq il-plajja,
U terġa tmur mal-bqija.


03/10/2017

Monday, 2 October 2017





Għalik.
Imqar għalik li trid il-kwiekeb tniżżel
U f’moħħok hemm il-lejl u l-għera t’għada.
Għalik li tqum filgħodu tilbes, toħroġ,
Mingħajr ma tara wiċċek ġewwa l-mera,
Dal-ħsieb, din l-għanja, talba ġdida
Li għandha minn tar-riħ għax fir-riħ twieldet.
Għalik li nżilt fit-toroq iffullati,
Tan-nugrufun, tal-kaos tal-vetturi,
Tal-krejnijiet, tal-ħsejjes u tal-bini,
Tad-dokumentazzjoni diġitali.
Li għandi nbgħidlek jista’ xejn ma jfisser
Stratifkat fil-maniupulazzjoni,
Strutturi u ħafna metodi li jxekklu
Ir-ruħ tal-bniedem ħieles kif jitwieled.
Għalik ukoll qed nikteb dawn il-versi
Nagħtik minn dak li jiena lanqas għandi.

Alfred Grech
02/010/2017