Monday, 25 March 2019




KifNista’Nibqa’Nterraq.

Kif nista’ nibqa’ nterraq
Ma folla ma tismghax
U bl-għamad fuq għajnejha
Ħlief flus din ma tarax.

Taħt gvernijiet li jfallu
Gol-għar ta’ ħallelin,
Trid twieżen biex tirnexxi
U trid tkun taf lil min.

U kollox sar jitħallat,
U kollox sar għanqbut,
U d-dritt u s-sewwa ntesa
Imabsta flus fil-but.

Għalfejn qiegħdin tistaqu
Il- ktiba fuq il-ħajt
Biex tagħraf dak l’hemm moħbi
Trid tifli dak li rajt.

Alfred Grech
25.03.2019

Sunday, 24 March 2019




Ir-Riħ.

Wind is not something that settles in one place. It is something that believes in dancing on every leaf and filling every pore of your skin with its intangible presence.

Issa li m’għadnix ħerqan li nimxi mil jew tnejn
sakemm niltaqa’ miegħek
int tista’ taħseb li bdilt fehemti
u dak li għedtlek l-aħħar darba
kien kollu gideb.

Xejn minna dan.
Li ġara kien li dar ir-riħ u qabdet maltempata
u nefaħ ir-riħ fuq li miegħu ġarr
iż-żhar tas-siġar qed jistejqru.

Ir-riħ iqanqal ħafna trab
u jmejjel anki s-siġar
u jibdel il burdata f’daqqa waħda
mil-lum għal għada.

Alfred Grech
24/03/2019





Dwejra

Jista’ jkun li fil bogħod ta’ ġewwa fik
hemm sotterran li ma jifidx
inżul ix-xemx fejn is-siparju
jingħalaq maċ-ċpar ta’ ħafna kliem,
diskors fil vojt u storbju,
fis-sħab illumnat ta’ raġġi fulminanti.

Jista’ jkun hemm fis-seħer ta’ xtut imbegħeda
baħar sieket bħall-oqbra li fihom hemm midfuna
ir-rikkezzi ta’ tqanqiliet u nostalġiji
inkella għadajjar żgħar ta’ ilma mielaħ
li jispiċċw salini jistennew it-tieni miġja.

Misterjuż dan l-għana
inkantata u nkantevoli
ta’ mewġ il baħar mieles
ibus ix-xtajta siekta.

Alfred Grech
24.03.2019

                                                                

Saturday, 23 March 2019


Image result for the sound of silence

Għad Tilħaq Twarrad.

Għad tilħaq twarrad
għalfejn dal-ħafna kliem
il-baħħ jaf jidwi l-ħsejjes
ta’ li trid tgħidli.

Lili tifhimni mill-bogħod
minn xifer l-irdum
li jista’ jbiddel il ferħ man-niket
il-ħolm minn dak li tmiss
dak li tixtieq minn dak li tassew jiġri
id-duħħan minn dak li qiegħda tara
qabel ma dak li jtik xi ftit tal-ferħ
isir vizzju.

Lili għad tifhimni xħin ma nkunx ħdejk.

Alfred Grech
23.03.2019


Image result for old age hath yet its honor and its glory

Kemm Nixirqu Lil Xulxin.

Nistgħu ngħaddu l-lejl flimkien
iżda naf żgur li rrid ngħidlek
li xejn m’ghandi jien x’noffrilek
m’għandix flus: m’għandix imħabba
iżda mbagħad inisbni sewwa
qed nogħlew fuq mewġa waħda
għax int tgħidli li minn dejjem
kont inħobb, u lilek biss.
U xħin jaqa’ s-skiet bejnietna
tħalli l-baħar jibda’ jwieġeb
li qed niġbdu ħabel wieħed
u nixirqu lil xulxin.

Stajna rkibna dagħjsa waħda
mingajr qlugħ u bla ma naqdfu
qed nittawwlu biex nitkixxfu
bla ma nafu fejn sejjrin,
bla staqsejtni jekk hux miegħek
ridt inqatta’ ħajjti kollha,
inħallik bil-mera f’idek
biex turini fejn sejjrin.

Alfred Grech
23.03.2019

Friday, 22 March 2019


Related image

Ixoqqok il-Ħsieb.

Ixoqqok il-ħsieb
U tidher trasparenti
Xħin toħroġ mid-desert
Tar- raqda mqallba u mbarazzanti
fid-dawl ta’ xi fanal jurik li l-art fil-qrib.

Lilhinn mix-xefaq mhemm xejn
Hemm biss il-baħħ
Tat-tamiet u tat-turmenti
Tistenna għalxejn.

Lilhinn mix-xefaq hi skuż’ oħra
Biex tegħeleb il-qtiegh il-qalb,
Id-dubbju u ssib l-aljenazzjoni.

Fis-skiet u fid-desolazzjoni
Tixtarr u tirrifletti
Kull pofezija li għamilt għalik innifsek
Iżda li qatt m’emmint
Inkella qatt ma sibt il-ħin
Tagħrbiha sewwa.

Kmieni jw tard issib
Li l-profeziji kollha jseħħu
U l-ġamar fil-fuklar
Hu biss ix-xhiedha tan-nar
Li darba ħeġġeġ.

Alfred Grech
22/03/2019

Thursday, 21 March 2019


Image result for going round in circles

Bħal Ħaddieħor.

Bħal ħaddieħor aljenat
b’dak li nara li qed jiġri.
Bħal ħaddieħor
qed ninġarr mill kurrent inkonsistenti
attaparsi sibna l-ġdid
kull xħin nikxfu kewkba ġdida
waqt li ntennu litanija
illi stajna konna aħjar.
Bħal ħaddieħor nippassiġġa
ndur u nagħqad f’ċirku tond
mingħalija li qed  niġbed
ma ħaddieħor ħabel twil
sabiex naslu f’tarf is-sies
u minn hemm immorru lura
minn fejn ġejna bħalma
għamlu ta’ qabilna
bħalma nara li qed jagħmel
hekk kullħadd.
Bħal ħaddieħor qed nilgħabha
din il-logħoba t-ossessjoni
u inti taf li qed nilgħabu
u inti bħali qed tilgħabha
u taf bħali ġa minn qabel
x’ser ikun ir-riżultat.
Bħal ħaddieħor qed nilgħabu
u hekk nibqghħu,
dan minkejja r-riżultat.

Alfred Grech
21/03/2019