Tuesday, 14 May 2019


 Related image


Int Kont ‘l-Fuq Mill-Ħin.

Int kont ’l-fuq mil-ħin kont hemm minn dejjem,
Kull meta d-dellijiet jitwalu aktar,
Kull meta l-jiem jiqsaru u jibda jweaq
Il-werżieq. Kont il bogħod, ftit il-bogħod aktar.
Imm’int minn dejjem kont fil-ġuf tax-xewqa
U jiena ngħodd il ħoss ta’ kull tektika.
Ma jagħraf ebda żmien in-nuqqas tiegħek.
Mhux dak li jien ninħtieġ kien qed ikiddni
Li jkiddni kien il-bogħod li hemm bejnietna.
Kun af li l-istennija hi agħar mill-firda,
Bħal meta l-minutiera tibda teħel
l-għajnejn ifittxu dak li tkun tistenna
Iż- żmien ma jieqaf qatt jew jgħaddi jiġri
int biss trid timla’ l-baħħ tal-eżistenza
għax in-nuqqas bħal ħin li jirrikorri.

Alfred Grech
14/05/2019

Sunday, 12 May 2019


 Related image


Is-Sensi Jikkargaw.

Is-sensi jikkargaw ma l-għodwa t-tajba,
fis-sejjħa ta’ jum ġdid biex tista’ tħares
lejk stess fil-mera bħalma solitarju
il-qamar jikkontempla lilu nnifsu
u jaħbi wara daharu id-dlam imtenni.
Fil-ħsejjes ta’ filgħodu hemm is-sejjħa
ta’ x’jaf il-bniedem jagħmel bla ma jaħseb,
fis-skiet tal-ħerqa li xi ħaġa jħalli
warajh biex jiftakruh li jiġu wara
u jibdel wiċċ id-dinja u jħarbatha,
u jżid l-iskart, in-nugrufun u l-entropija.
Ix-xita traxxax għad issir dulluvju,
id-dinja tfur u tgħereq taħt wiċċ l-ilma
u kliemna jkun bħal min il-karti jbexkel
tal-logħob li ta’ kuljum ilkoll nilgħabu.
Imbagħad inneħħu wkoll minn fuqna l-għata
u nidħlu għarwenin fis-saltna t’Alla
is-saltna tas-smewwiet, il-ħaqq u s-sewwa.
Adam li b’xewqtu ħabb għall-ewwel darba
sinċier mingħajr ma jaf dak li qed jaħbi.

Alfred Grech
13/05/2019

Saturday, 11 May 2019

Image result for Diogenes turning the barrel
Nispiċċaw Fejn.

Meta kont imgeżwer ġewwa l-fidda
Kont ħiereġ mit-tajjar
U kollox kien ileqq.

Meta kont ninġarr mal-bqija tal-kurrenti
Bdejt nara lil kulħadd iħabrek
Għamilt bħal Dioġene
Bdejt inrabal il-kartell.

Illum li l-karell irrumblat
Għal kemm il-darba
Għax tond u dawra mejt idur
u jerġa’ lura għal li kien
Nistaqsi: kien hemm għalfejn
Dal ġiri kollu?

Aħna li lanqas nafu fejn sejrin
Nispiċċaw fejn?

Alfred Grech
11/05/2019

Friday, 10 May 2019


Related image

U t-Tgnejn Li Aħna Bdejna Ngħumu.

Imqar waqajti fl-abbiss u r-riħa differenti
Ħassejt l-irwieħ taż-żiffa għaddejja
Kull pass magħmul ħażin
Pass falz; x’għamilt b’idejja?
L-iħirsa jbeżżgħuni
Is-solitudni tiekol minni.
Jien ridt inkebbes nar li jlellex
U qatt ma ħlomt x’ser jiġri minni.

Fil-kefen tad-dlam
Immiss b’idejja l-għarfien tiegħek
Ngħum f’wiċċ tal-ilma ġieri
Mal-petali li waqgħu
Iżda qatt ma nogħdos sew
Għalkemm għodosna kemm il-darba
Biex nillargaw lilhinn
Minn dak li qiegħed jiġri.

Qed ngħumu fl-ilma fond
Fejn ma tegħereqx biss jekk tibla’ l-ilma.
Tegħeq biss ‘kk ma żżomx fil-wiċċ. . .
U t-tnejn li aħna bdejna ngħumu.

Alfred Grech
10/05/2019.

Thursday, 9 May 2019


 Image result for sans papiers
Sans Papiers*

Aħna li ġejjin mill-bogħod bla ma ninagħrfu
Mill- mogħdijiet il-qodma
Uċuħ mingħajr fattizzi,
Uħud ta’ mingħajr isem,
Li naqbzu fuqkom bħalma jaqbu l-ħallelin inkiss inkiss  . . .
Nitolbukom saqaf fuq rasna biex il kera jibqa’ jogħla.

Aħna l-barranin bla passaporti
Mingħajr il-karta tal-identita’
Nixxabbtu mal-kanċelli tal-palazzi tagħkom
Nnitolbu ażil.

Aħna eluf fit-truf ta’ xtutkom
Ta’ kull tagħlim, ta’ kull kulur, u kull ilsien
Ġejna biex nieħdu s-sura tagħkom jew nibdluha
Ġejna bl-għeluf u dalwaqt insiru elef t’għeluf
U saħansitra bil-miljuni,
Irridu nsiru l-kotra fuq din l-art mibjgħa
Għal tletin biċċa.

Aħna ġejna hawnhekk ħafjin, bla dar u mingħajr għaxja ta’ lejla
Ġejna hawnhekk nitkarrbu x-xogħol
Tal-isfruttar
Tal- jasar il-ġdid
Sabiex l-imperi jkomplu jikbru.

Aħna ninsabu hawn fostkom
Fil-qalba tagħkom u ma ntbaħtux
Għax tliftu sehemkom, l-għarfien ta’ min intom,
Tliftu qalbkom, tliftu wiċċkom,
U sirtu intom issa ma tingħarfux.

Hawnhekk qiegħdin
Fil-bibien tal-ibliet tagħkom
Fl-ibliet tal-gżira tagħkom
Fil-gżira tal-belt tagħkom.

Għaliex id-dinja nqalbet
Sirna aħna nikkmandaw ir-ritmi l-ġodda
U intom spettaturi ndifferenti
Biex tixhdu li tisimgħu u taraw.

Aħna l-barranin tal-gżira tagħkom
Il-barranin bla dokumenti
Aħna l-irġiel u n-sia ta’ bla saqaf
Iċ-ċorma tat-triqat
Nitolbu l-ażil.

Alfred Grech.
09/05/2019


*Immudellata fuq il-lirika “Sans Papeirs” mill musical “Notre Dame De Paris”.


Tuesday, 7 May 2019


Related image

Se Sono Qui.

Se sono matto
E’ perche’ non so vivere.

Se sto facendo questo
E’ perche’ non so fare altro.

Se mi vede come un diverso
E’ prche’ la consuetudine
E la mediocrita’ mi annoiano.

E se son qui accanto at te
E’ perche’ non c’e’
un altro posto al mondo.

Alfred Grech
07/05/2019

Monday, 6 May 2019




Ġejt Hawnhekk.

Ġejt hawnhekk nistenna l-poeżija,
U issa li poeżija ma ġietx
Sirt int il-muża.

Ġejt hawn infittex ftit  mistrieħ
Infittex ftit aljenazzjoni
Iżd’issa li ġejt int
Kun int it-tentazzjoni.

Int sabiħa fuq is-sbieħ u l-ferħ hu sehmek
Bħal merżuq dawl fid-dlam tal-ġrajja
Bħal xaqq ta’ tama’ l-miġja tiegħek.

LI kieku naf li kont tfittixni
Kont nistaħba.

Alfred Grech.
06/05/2019.