Sunday, 11 August 2019



Image result for st lawrence feast Gozo
Int Tista’ Tikteb Kemm Trid.

Int tista’ tikteb kemm trid
dawk mhux se jagħtu kasek
dawk aljenati fil-murtali u fit-tiżjin
fil-bandalori u l-festuni
fit-trofej u l-ġavaljuni
kemm kisfet dik u x’libset l-oħra
jew kemm tilbes issikkat.
Iżda xi ħsejjes mhumiex tal-festi
għax m’għandhom xejn minn tal-barokk
għax xi ħsejjes iqajjmu l-mejtin
u int għalxejn trid togħnos
għax dawk jibqgħu għaddejjin.

Int tista’ tikteb kemm trid
stajt kont fil-fratellanza
erfajt ukoll mill-vara
biex tnaqqas id-distanza.

Int tista tikteb kemm trid
u timla’ l-karti vojta
għax jafu kif tistagħġeb
u mhux se jagħtu kasek
jaħsbuk li kont profeta
b’xi ċirku tond ma rasek
f’deżert fejn lanqas timxi
jew leħen ma jirbombja.

Int tista’ tibqa’ tikteb
u timla’ l-paġni vojta
bit-tama l’għad xi darba
jitniżżel kull ma taħseb
fuq ologramma imċaftar
u b’hekk tirbombja l-karba
u jkunlek hekk il-mafkar.

Alfred Grech.
Festa ta’ San Kawrenz
11/08/2019



Image result for and all is vanity and striving after the wind

Jekk Jien Ma Nħossx Għalik.

Jekk jien ma nħossxi għalik
dak kollu li kont ngħidlek.
Jekk int inbdilt għax għadda ż-żmien,
inkella għax issa drajtek.

Jekk issa nbdilt, ma qbajtx li kont
u sibt li sirt mara oħra,
għaqqadt idejk dort dawra mejt
u qisek tlajt il ġenna.

Jien noqgħod hawn fuq dan ix-xatt
biex ngħodd iż-żmien u r-ramel
u int bħas-sħab li jġib id-dell
f’dal jum li daħal ġmielu.

Jekk issa ntbaħt li xejn mhu ġdid
u kollox kien mistħajjel.
x’qed tara hu l’għaġnuni fih
u dak li ġara wara.

Jekk inti taf. ma nfisser xejn
fin-niżġa ta’ dan kollu
biss ktibt kapitlu u rġajt ġejt hawn
Biex  ngħalaq l-episodju.

Jekk lanqas int ma tfisser xejn
għajr numru f’somma kbira,
għax dħalt u ħriġt u xħidtha tgħum
fil-baħar tal-enimmi.

Alfred Grech
11.08.2019



Saturday, 10 August 2019


Image result for Not Knowing,

Int Tista’ Ma Tifhimx.

Int tista’ ma tifhimx
għaliex jien mort nistaħba
dort wara  l-kantuniera
u f’daqqa sirt l-assenti.

Int tista’ ma tifhimx
għax jien waqajt fil-muta
għax nagħmel bħal bebbuxu
u nidħol ġo qoxorti.

Int ista’ ma tifhimx
għaliex kull tant naħarbek
u rokna nsib għal ħemda
indaħħan ħolm il-pipa.

Int tista’ ma tifhimx
għax waqa’ s-skiet bejnietna
u tela’ ħajt u ntefa’ d-dawl
u niżel is-siparju.

Int tista’ ma tifhimx
għax issa tlabtek skuża
għax f’daqqa sirt profeta mnebbaħ
u ntbaħt bl-iżbalji tiegħi.

Int tista’ ma tifhimx
kif sibna t-triq għan-niżla
u ma ntbaħniex
għax ma konniex
uħud minn dawl magħżula.

Int tista’ ma tifhimx
li xħin fl-għajnejn ħarisna
missejna s-sema u l-infinit
u sibna t-triq tal-ġenna.

Dan huwa ward li jiena qtajt
mill-ġnien tas-seħer tiegħek
int ħienja tkun ma dawk l-erwieħ
li nġarru mal-kurrenti.

Jien nibqa’ hawnhekk fuq dan l-iskoll
nistenna l-fewġa ġejja
l-iskoll li m’għannaq qatt
il-baħar ta’ madwaru.

Alfred Grech
10.08.2019.

Thursday, 8 August 2019



Image result for ignorance.

Intom li Twelidtu fil-Ħsejjes.

Intom li twelidtu fil-ħsejjes
ma tafux xi tfisser ħemda
intlejtu bid-duħħan
u emmintu l-gidba tagħkom.

Intom li qatt ma ħsibtu
jew ħsibtu qasir wisq
emminti li l-ġejjieni
hu tagħkom u taghkom biss
u tlaqtnu minn hawn b’idejn battala.

Intom tal-quċċata
żeblaħtu lil ħaddieħor
u ma ntbaħtux li qed tistrieħu
fuq ramel li qed jimxi.

Intom li kissirtu
d-dinja ta’ kulħadd
għereqtu fl-injoranza
tal-ħofra ċkejkna tagħkom.

U intom il-battala
ma fhimtu qatt għaliex
xi ħadd jimliekom kellu
u bqajtu tagħmlu l-ħsejjes.

Aħna bqajna nemmnu
fil qawwa tal-allat
li kienu mlewna rasna
bil-ferħ li hemm f’Elysium
iżda llum nafu
li l-allat telqu
u olimpu sfat waħeda.

Alfred Grech
09.08.2019




Wednesday, 7 August 2019



Image result for ino mythology
Trasfigurazzjoni.

Imqanqal kien il baħar
u qawwi kien ir-riħ
tal-maltempati mrammla
li qajjmu ħafna mwieġ.

Iżd’inti qatt ma tħalli
s-saltna tad-duħħan
bħas-sħab għaddejn minn fuqi
u f’daqqa uragan.

u xħin jgħaddi dan ir-riefnu
inti tiġi żżurni u tgħidli
li kienet ħolma,
ħalli l-mistħajjel jimraħ.

Jien nigdem difrejja
nistenna l-ħin għaddej
u kull minuta nħares
lejn il minutiera taqbeż.

Tgħid għad titfaċċa
għall-għarrieda
bint l-allat fuq ix-xefaq
profil ta’ għamla ġdida
biex minn issa niġġedded
fi trasfigurazzjoni?

Alfred Grech
08/08/2019.


Tuesday, 6 August 2019


Image result for sexy woman under the moonlight

Aħjar.

Aħjar toħlom
milli tħabrek biex tbiddel
id-dinja ta’ madwarek.

Aħjar kastelli tibni fl-arja
milli titmattar biex tilħaq għad
is-sema
għax is-sema jibqa’ hemm ma jinbideilx,
iħares l-isfel
fuq purċissjoni nemel.

L-imħabba hija l-leħen li jistordik
jirbombja ġewwa fik u qatt ma jaqta’
int għandek biss titlgħallem
tissemmagħlu.

Tterraq kemm trid
il mogħodijiet tal-fehema t-tajba
iżda r-rieda għad m’għandekx
biex tasal għad x’imkien.
Jekk għad tissokta l-mixja ssib
li tħares qed fil-bogħod
lejn l-oċeani
lejn xtajtiet ta’ mewġ il-baħar.

Jista’ jkun ukoll li tagħżel li tgħix
bil-misteri kollha tiegħek
imbagħad ejja ħdejja
jien  nistenniek lilhinn mill-oċeani
taħt qamar kwinta.

Alfred Grech.
07.08.2019.




Related image


Le, Le It-Twerżieq Mhuwiex Għalija.

Le, le, t-twerżieq mhuwiex għalija
Mhux iż-żunżana li jddakkar
jew naħla milli jniggżu.
Staħajjilthom kemm il-darba tiela’ u nieżel
ma li-imwieġ tal-vibrazzjoni
iżda t-twerżieq baqa’ jistona.
Imqar jekk jiena ridt li nikteb
xi melodija li ma fhimtx jew li ma sibtx
u bqajt imbellaħ.
U kif qatt tista’ tagħmel sinfonija
mill-kakafonija?
Imma dawk artisti kienu
komposituri, għannejja tal-ogħla fama
u min inkina rasu quddiemhom
inċensahom u firex it-tapit taħt riġlejhom
kien jaf x’qed jagħmel
u kien tal-affari tiegħu.
Iżda illum li jien inwerżaq bħalhom
u stenbaħt il-ħsejjes jistunaw
li ħarrġu minn griżmejhom
ngħid li mhux biżżejjed tkun poeta
jekk ma twelidx taħt kewkba werrċa
fl-imkien u ż-żmien taċ-ċirku mnebbaħ

Alfred Grech
06.08.2019