Saturday, 21 December 2019


Image result for unto us a born a child

Inħossni Qed Nitwieled.

Inħossni qed nitwieled
Inqum minn bejn l-imwiet,
Illum qed ngħix il-ħajja
U nishar qalb is-skiet.

Inħossni qed nitwieled
U nogħla ’l-fuq miċ-ċpar,
Bħal kewkba li bdiet tixgħel
U tiddi ’l-fuq mis-swar.

Illum iddiet xemx oħra
U dija ħawn bla qies
U nħossni qiegħed nogħla
’l-fuq mill-ħmieġ tan-nies.

Mhemmx lok għal aktar dwejjaq
Għal-biki u għall-ilfieq
Għal manipulazzjoni
Tal-midja tħambaq sfiq.

Hawn biss l-istat tal-grazzja
Ħelsien minn kull uġih,
Lin-nies ta’ rieda tajba
Xewqat mill-aktar sbieħ.

Alfred Grech.
21/12/2019



Tuesday, 17 December 2019


Image result for overbuilt malta

Sant Ivo 2019.

Diffiċli toħroġ minn dal-ħmar il-lejl
U terġa’ għal għonq it-triq mingħajr tbenġila
Il-ħerba kbira wara t-terrimot
U l-pjazez iffullati.
Il-bini ġġarraf u t-toroq imblukkati
Bil-letarġija li ddoqq il-ħornijiet
Tal-vetturi ġġamjati.

Diffiċli toħroġ minn ġo dal-isqaq
Id-dħaħen qed irossu
Il-bini għoli li għattielna x-xemx
Bed’issa biex jiltewa.

Issa hawn l-inkwinament
Ta’ min eżilja ruħu
F’isem dil-bużżieqa li tintefaħ
U t-tpartit tal-wirt qaddis
Mal-bliet u rħulna fejn nitħalltu
Fis spazji miftuħin, ġo msieraħ aċċessibbli
Fejn jieħdu ħsieb it-tfal l-kbar
U l-ħwienet freneżija.
Għax hawn il-ġmiel, għax hawn il-flus
Għerqna fl-affkuwenza..

Diffiċli toħroġ minn dal-ħmar il-lejl.

Alfred Grech
17/12/2019

Monday, 16 December 2019

Image result for emptiness


M’hemm xej stidjat.

M’hemm xejn studjat
U jista’ jkun li kollox tar mar-riħ
U jista’ jkun li kollox simulat
U l-ħolm li ħlomnal bih.

Jekk tħares lura hemm biss ix-xefaq.

M’hemmx ebda paradimmi
M’hemm ebda pjan divin
Hemm biss pajjiż imfarrak
Bl-irdieħ ta’ ħafna snin.

Il-katavri ta’ dawk li ma stembħux
U dawk li jġu lura.

Hemm biss konflitt
F’kull min biswit
U gradi spritwali
Kanċelli tal-ħadid.

Minflok isaltan id-duħħan
Is-sħab tas-sema mqit,
Mhemm xejn, hemm dagħa
Kliem faħxi f’dat-tiċrit.


Alfred Grech
16/12/2019

Sunday, 15 December 2019



Image result for bertrand Russell Moloch


Moloch.

X’għadek tistenna
kif  għadek hawn?
Żmienek iss’għadda
tidħak mhux b’dawn.

Kemm qed tistona
fost dan l-uġiħ
trid tibqa’ mdendel
tperper nar-riħ.

Trid tibqa’ mdendel
ma dan l-għanqbut
man-nasba ’l-kbira
u x-xbiek meħjut.

Trid tibqa’ mdendel
ma dan l-għanqbut
fil-ħmieġ tas-setgħa
u l-ħalf misħut.

Kemm se ddum tnewwaħ
ġej bit-tkarkir,
kullħadd intebaħ
fallejt bil-kbir.

Aqbad u itlaq
iss’itlaq fis,
tistrieħ u sserraħ
lil dal-pajjiż.

Alfred Grech
15/12/2019.

Wednesday, 11 December 2019


Image result for the rocks and stones themselves will start to sing

Għaliex Triduhom Jisktu?

Għaliex triduhom jisktu?
Min jista’ jżomm il-ġgajta?
Jekk jinxef għad ilsienhom
Il-blat jirbombja l-għajta.

Għaliex triduhom jisktu?
Jekk tafu kontra s-sewwa
Ma tiswa’ l-ebda saħħa
U lanqas ebda dnewwa.


Għaliex triduhom jiskru?
L-ingassa qed tissikka
Għalxejn dan it-teatru
U l-manuvrar tal-klikka.

Is-sewwa għad-dawl jinħareġ
U lura minn fejn ġejna
Ftit ftit il-moħbi nkixef
U jidher ċar f’għajnejna.

Alfrd Grech
11/12/2019.

Tuesday, 10 December 2019


Image result for ship adrift

Dawk Ġew.

Dawk ġew
Ħadulna d-dawl
Kull sens ta’ direzzjoni
Hawn baqa’ biss id-dlam, id-dell
Hawn biss deżolazzjoni.

Dawk ġew u ħadu t-tmun f’idejhom
Tal-mirkeb f’nofs il-ħalel
U lanqas jafu fejn sejrin
Mill-kwiekeb għall-istalel.

Kaptana mingħajr boxxla
Jgħidulek: ejja magħna!
U issa għattew ix-xemx
U dallmu l-ġranet taghħna.

Alfred Grech
10/12/2019


Monday, 9 December 2019

Image result for nightmare


U din Bħal Ħolma Kerha.

U din bħal ħolma kerha
bħal ħmar il-lejl li jagħti
li kull min jiġi wara
u jiret il wirt ta’ min idejħ iċappas
bil-ħmieġ, bit-tajn. bid-demm
u jkollu jġorr it-toqol li mhux tiegħu
iżda li minħabba li d-dnub li ma jorqodx
iżur u jibqa’ jżur  għal kemm
il-ġenerazzjoni.

U dan bħal laqam li titwieled bih
ma tagħżlux int li xejn ma taf
kif ġejt ġo dil-familja
u kif u għala għandek iġġor
dan l-għelm li qed ikiddek
u jixlik quddiem kulħadd.

Alfred Grech
09/12/2019.