Min jaf?
Min jaf lil kieku
’llejla flok ħallejtni waħdi nterraq
Ġejt hawn fuq din
ir-roqgħa art ħawlija,
Biex miegħi
toqgħod tagħżel waħda waħda,
Kull sillaba,
kull kelma
Ta’ din
il-poeżija,
Tal-għanja li
irrid ngħanni
Din l-għanja l’għadu
ħadd ma sama’.
Għax muta, għax
qatt ma nkitbet.
Din l-għanja li
jgħanniha, għannej mirgħux,
Ta’ troubadour
imġarrab, mistħi,
Li m’għandha
l-ebda diwi minn tal-pjazez
Tal-kummerċ ħieles,
Fl-ispazji
tal-vetrini alluċinanti
Fejn jieqfu jew
jimirħu nisa foloz
Jew illuppjati.
Min jaf li kieku
ġejt itterraq miegħi
F’dil-lejla ta’
bla qamar
F’dal wileġ ta’
bla ħsejjes,
Subajk imissu
l-kordi tal-kuxxjenza
Kontx inti wkoll mill-ġdid
tqum u tistembaħ
Mal-imbieħ
tal-klieb disorjentati
Mall-ħsejjes
dissonanti?
Jekk trid, għadek
fil-ħin li tista’ tiġi.
Jekk għandek
tiġi, ejja w iddumx
Għaliex malajr
issib li l-ħemda nkisret.
Jekk tiġi jiena
nidwi l-għana tiegħek
Jekk tiġi, jiena
niżfen żifna miegħek
U ninża wkoll kull
libsa trasluċenti,
Niftakar meta
kont ġarrejtni
Mal kolp ta’
baħar tiegħek. . .
Alfred Grech.
30/12/2016