Sunday, 6 November 2016



It-Tnejn li Aħna Ridna dit-tferfira.

It-tnejn l’ aħna ridna nħossu dit-tferfira
Sabiex min-nagħas inqumu tar-rutina.
B-idejna t-tnejn ridieh f’idejna r-riedni
U nsibu nerġħhu l-għaġeb li hemm fina.

Int forsi tibza’ tilta’ dil-muntanja,
U tgħidli din it-telgħa tal-kalvarju.
Jien ngħidlek jista’ jkun, ’mma m’hemm xejn x’titlef
Kif sejjra tissaporti f’dal binarji?

Għax aħna t-tnejn irridu ħajja ġdida
’Il-barra mill-bużżieqa ta’ kliem fierah
Għax il-ġejjieni t-tnejn li aħna għaddejna minnu
U dak tal-lum igiddeb lil tal-bieraħ.

Alfred Grech

06/11/2016

No comments:

Post a Comment