Fejn Int Ja Kewkba.
Fejn int jakewkba
tal-punent f’dil-lejla ta’ bla qamar,
Il-beraq biss
mingħajr ir-ragħad idawwlu t-toroq.
Fejn int illum f’das-sema
desolanti
Mgħobbija b’dawk
id-dħaħen taħsibhom
Sħab, iżda li
jgħattu wkoll dak kollu li hu tajjeb.
Inħbejt ewwilla,
jew qiegħeda tistħi,
Għax taf li li
d-dawl qadim jist’issa qras jew sar artifiċjali.
It-tokki tal-qanpiena
jdoqqu tal-imwiet
Fakkruni f’dak
iż-żmien tal-innoċenza,
Tal-estasi, ta’
meta kont tassew interraq miegħek
Imsaħħar b’dak li
nara u b’dak li nemmen
B’dak kollu li
kont nixtieq,
U nħalli f’idejn
qawwa barranija
Li tista’ tagħmek
kollox.
Inħbejt ja kewkba
tal-punent?
Iżda llum li
t-toroq qed jiżżejnu għal festa tal-Milied
Ma tħossx ir-resħa
rqiqa tad-dawl artifiċjali,
Tal-foresti ta’
nies mgħottija bil-borra affluwenti?
U xħin ma tkunx
qrib tiegħi żommli jdejja
Ma mmurx
fil-ħofra naqa’.
Inti terġa’ tiġi
bħal sirena riekba mewġa
U jiena ġewwa
fija merġa’ mkebbes is-seħer ta’ xi darba . . .
Ja kewekba
tal-Punent.
Alfred Grech
29/11/2016
No comments:
Post a Comment