Jien Nerġa’ Nistenniek.
Jien nerġa’
nistenniek fit-tieni miġja
Xħin qalbi naqta’
li għad insib il-moħba
Deluż b’filmat li
rajtu kemm il-darba
U bqajt ma xbajtx
nistenna x-xema li tħenni.
Diskett ta’
tifkiriet li fasslu ħajjti,
Li jiġri b’mod
invers sa nerġa’ lura
Fil-punt
tat-tluq, hemmhekk fejn stajt kont qabel.
Int tista’ tkun
is-salvazzjoni tiegħi
F’dal wied ta’
dmugħ quddiem dil-purċissjoni,
Fanal li juri
t-triq fit-tentazzjoni
Bħal meta kont
qed ħdejlk u kont nittawwal
Fil-ħbub t’għajnejk.
Alfred Grech.
09/11/2016
No comments:
Post a Comment