Thursday, 10 November 2016



Min Se Jżommni F’Diż-Żurżieqa.

Min se jżommni f’diż-żurżieqa?
Min se jżommni ma niżloqx?
Tini jdejk ja ġmiel ta’ mara
Jista' kliemi wkoll ma idoqqx.

Min se jżommni f’dal vortiġ’ni?
Min se jżommni ma naqax,
Tini jdejk ja ġmiel ta’ mara,
Wkoll jekk saħħa ma baqax.

Qatt staqsejt biex tkun taf sewwa
Kif wasalt u ġejt hawnhekk,
Targa, tarġa’, pass war’ieħor
Għidli ftit, u x’ħadt b’daqshekk?

Inti f’ħadd ma tista’ twaħħal
U lil ħadd ma tista’ tlum,
Jekk sibt ruħħek f’din l-għadira
Iġri ara kif se tqum.

Kif sibt ruħħek ġo dil-basla
Dħalt ġo fiha bħal muntun
Ħadd ma ġiegħelek, ħadd m’ordnalek,
Żball tal-bieraħ bħal tal-lum.

Toqgħodx twaħħal f’dan u fl-ieħor
Toqgħodx tgħid kemm jien beżżul,
Ara x’tagħmel għamel wegħeda,
Għada rrid narak mibdul

Alfred Grech

10/11?2016

No comments:

Post a Comment