Diffiċli Tgħid.
Diffiċli tgħid xi
jkun għaddej minn moħħi;
Waħdieni dal-baħħar
li baqa l-art.
Fid-dlam ta’ lejl
bla qamar sibtni nishar
Fuq dal-munġbell
ta’ ħsibijeit u skart.
Diffiċli tgħid
safejn għad trid teħodni,
Dit-triq li naf
li twassal ħafna l-bogħod.
Kien anġlu ħelu,
ried ikun ta’ gwida,
Kull meta
fl-inċertezzi bdejt nirtogħod.
Diffiċli tgħid
għaliex laqqani miegħek,
Dan id-destin;
nistaqsi m’hemmx għalfejn!
Sirt int għalija
l-isbaħ poeżija,
Li qiegħed ngħix
mingħajr ma nħarbex xejn.
Diffiċli tgħid u
għaliex daqshekk diffiċli,
Fis-skiet irid
jispiċċa l-argument.
Diffiċli tgħid u
għaliex daqshekk diffiċli,
Jekk qiegħeda
miegħi naħtaf il-mument.
Alfred Grech
23/11/2016
No comments:
Post a Comment