Marsusin.
Marsusin fihom infushom
Oqbra mkaħħlla
Niċeċ battala.
Jekk isselmilhom
jaħsbu ħażin.
Jekk tibqa’
għaddej tkun l-ikbar raġel,
M’hemmx
kunfidenzi.
Għaliex il-barrikati
jibnuhom huma
Kif imdorrija,
bil-mod kif jaħsbu.
Il-fruntiera huma
tagħhom
U jiena sal-lum
għadni ma nafx
Ma nifhimhomx
Ma nagħrafhomx,
Ma naqdihomx
Jew ma nsibhomx.
Marsusin fihom
infushom
Għalxejn tberrħilhom
qalbek
F’dal-ħabs uman,
f’dal gaġeġ inviżibbli
Immanifatturat
Mill-injoranza.
Dawm ħsibijiet li
jgħaddu minn moħħi
Sa meta nasal
ħdejk
Imbagħad jinbidel
kollox.
Għax l-emozzjoni
bħal poeżija
Iddum għal-ftit.
Magħluqin u
marsusin fihom infushom
U m’hemm xejn li
jistgħu jagħmlu
Għax midrubin u
feruti.
Alfred Grech
25/11/2016
No comments:
Post a Comment