Int Tgħid.
Int tgħid li m’hawn
xejn aktar,
M’hawn xejn,
dil-ħajja biss.
Fejn kont int
qabel sebaħ
U d-dawl ġie
nkiss inkiss?
Int tgħid din
illużżjoni
Għax kollox taru
mar.
Fejn huma ta’
qabilna
Fil-baħħ xħin
il-ħin sar.
Jien bħalek ngħid;
xejn aktar.
Kejjilna tul
is-snin,
Il-kejl kien
kollu tagħna
Bil-metri,
magħdudin.
Bużżieqa li tintefaħ
U ma tinfaqa’
qatt.
Iż-żmien xi darba
beda
Xi darba jrid
jinħatt.
Jekk f’dal
kalejdoskopju
Mużajk iddisnjat,
Jien żġiea ma li
jmorru;
Id-dinja fejn
spiċċat?
Int tgħid li m’hawn
xejn aktar
Xħin tlaqt ma
baqa’ xejn
Nispiċċa wkoll
nistaqsi
Dan kollu kien
għalfejn?
Alfred Grech
24/11/2016
No comments:
Post a Comment