Tuesday, 8 November 2016




Il-bieraħ fuq xuftejja żifnet żifna.

Il-bieraħ fuq xuftejja żifnet żifna,
Tal-għanja li m’għannejtx; din l-għanja ġdida,
Hekk kif is-sema ħmar u sabet wisa’
Dis-saltna tal-uħux fid-dlam tal-lejla,
U tarf il-jum bil ftit il-ftit kien għereq
U ħaraq it-tamiet minn wara x-xefaq.
In terġa’ tfeġġ minn wara xi siparju,
Jew minn x’imkien minn fejn tkun għada tisreġ
Ix-xemx li għada ssaħħan dal-qlub fietla.
Għaliex għalkemm imbiegħeda mhux mitlufa
U taf jekk tħares lura int sirt statwa,
B’idek fuq il-moħriet, ma tafx fejn sejjra
U jista’ jkun ukoll li għad tinduna
Li ħriġt mir-radda ‘l-barra li bdejt biha.

Alfred Grech

03/07/2007 

No comments:

Post a Comment