Tuesday, 22 November 2016



Għalkemm Mimlija bl-Għomor.*

Għalkemm mimlija bl-għomor għadna nservu,
Għalkemm fi nżul ix-xemx u s-saħħa tbatti,
Hawnhekk qiegħedin għalkemm  m’għadniex li konna,
Kbira dil-qalb mal-ħalel tikkumbatti.

Għalkemm iż-żmien serqilna dak li tagħna
Għalkemm id-dawl t’għajnejna qed jitbaxxa
F’ħoġorna l-fdal tal-ħidma ta’ hajjitna
Għaliex mal-mewt mhux kollox se jisfaxxa.

Warajna nħallu l-wirt ta xbiha tagħna
Ir-rima ta’ vjaġġ twil bħal dawk li jbaħħru,
Il-mewġ li kien jisfida l-blat ikkalma
Inħarsu lura għax għandu biex niftaħru.

U rasna nbaxxu għal-ħemdas ta fl-għaXIJA
Għax nafu, dak li żrajna, frott bil-mija.

Alfred Grech
21/11/2016.


* Fgħeluq snin Missieri li għadu kemm għalaq 90 sena.

No comments:

Post a Comment