Saturday, 19 November 2016




Megħedija Nfittxu.

Megħedija nfittxu dak li hu għal dejjem
Ma nintebħux li huma dal-waqtiet
Bl-identita’ t’atturi ta’ bla għażla
Inkomplu biss il ġrajja li ġa bdiet..

Nintilfu fir-reċtar kull wieħed jinsa’
Li dan mhu xejn jekk mhux ħlief teatrin,
Intennu li naraw u li nisimgħu
Noħolqu diversiv biex jgħaddi l-ħin.

Filwaqt li qed ninsew tassew min aħna,
Ninfexxu f’dak li jista’ jkun jew mar,
Daqshekk ninsabu megħedijin f’dil ħajja
Li bqajna ma ntbaħniex li l-ħin kien sar.

Alfred Grech

19/11/2016

No comments:

Post a Comment