Thursday, 17 November 2016


]

IX.

Kull min għalih ħa s-setgħa biex jiddetta
Ried l-ewwel jgħid il-qawwa mnejn hi ġejja,
Imbagħad ried joħroġ barra mill-kaxxetta,
Kuruna, salt xintilli u tant inkejja.

Kien aktar jinżel għasel dak ta’ dari,
Twemmin li jgħid: kull setgħa hi divina,
Illum inbidel f’dat-twemmin aħħari,
Minn-niex għan-nies, il-ħakma tkun ħanina.


Kull ħsara minn fejn tiġi trid tissewwa,
Min għandu, iżda, l-jedd għal dil-mogħdija
Ta’ ħaqq fuq bniedem bħalu, jgħaddi d-dnewwa;
Minn fejn il-jedd, tqum żgur il-mistoqsija.?

Il-bniedem għalkemm ħieles fit-trobbija,
Ir-rahan tal-wens isib fil-ġerarkija.

Alfred Grech

25/09/2011

No comments:

Post a Comment