Roundabouts.
F’kull salib
it-toroq issib roundabout
Biex ma tmurx
tibqa sejjer,
Hawn wisq minnhom
f’dal-pajjiż.
Għaliex għandi
ndur magħhom
Meta nista’
nghaddi dritt?
Kontra kull sens
ta’ ġeometrija
Jew simetrija
Filosofija tanġenzjali,
u hemm min ukoll iżid,
Morali.
Morali ta’ xhiex?
Tgħid għaliex
infixkel lill-oħrajn
Li jimxu bil-mod
wisq?
Għalhekk morali
altruwista.
Kull ħaġa li
ħlomt ma ssarfitx
Jew sarrfet ftit
wisq.
Jekk bħali tisħet
xogħolok,
Għadek xejn ma
tgħallimt dawn is-snin kollha.
Għax għadek
tgorr?
Ma xhiex se
tibdlu?
Jekk narmi kollox
Naħraq l-abbozzi
Insorr kollox fi
xkora,
Snin ta’ tama, ta’
dieqa, ta’ tmermir, is-snin li baqa’
U nsellem lil
kullħadd,
Ħbieb konna.
L-oħrajn jistgħu
jibqgħu jgħixu
Il-ħajja ta’ kuljum
Biex ma jweġġgħux
’l-ta’ madwarhom
Inkella għax m’għandomx
ħila
Jew ma jafux mod
ieħor.
Alfred Grech
02/01/2008
No comments:
Post a Comment