Ħadd ma Jimla’ l-Ħolm li Joħlom.
Ħadd ma jimla’
l-ħolm li joħlom
Ħadd ma jersaq,
jiġi ħdejk,
U jekk titlob,
xejn ma taqla’
U ma ġġorr xejn
ġewwa jdejk.
Ħadd ma jwieġeb
xħin issejjaħ
Lil min tħobb ma
jroddlok xejn,
Tikteb ktieb u
ħadd ma jaqra’
U dal ġiri, dan,
għalfejn?
U quddiem l-allat
t’olimpu
Għalxejn tinżel
għarkubtejk,
Sakemm għad issib
xi mara
Li taqragħlek taf
idejk.
Dan l-infern ta’
din id-dinja,
Għax xħin titlob
ma taqlax,
Mingħalik li
tista’ timraħ,
Iżda taħrab ma tistax.
Alfred Grech
11/11/2016
No comments:
Post a Comment