Hemm Saħħa Li Trid Toħroġ.
Hemm saħħa li
trid toħroġ,
Hemm qawwa ma tidhirx,
Messaġġ li jrid
jitwassal
Hemm bżonn li ma
jaħfirx.
Hemm id-li lanqas
tidher,
Hemm nifs li ma
tħossux,
Hemm żiffa friska
tmelles
Bħal kwiet li ma
tifhmux.
Hemm skiet daqs
bajda mimli,
Hemm ħemda ta’ bil-lejl,
Hemm ħsejjes mank
tismagħhom
Profondita’ bla
kejl.
Hemm għana ta’
bla noti,
Hemm ritmi ma
tħosshomx,
Hemm żifna li
tiżfinha
U passi ma
tafhomx.
Hemm leħen
isejjaħlek,
Tiltaqa’ bla ma
taf
Ma min ma kontx
tistenna
Biex tmur b’idejk
indaf.
Hemm dlam fejn
tista’ tara,
Hemm dawl li ma
jagħmix,
Miżien imdaqqas f’sikktu
U toqol ma
jifnix.
Hemm qawwa li
trid toħroġ,
Hemm saħħa ta’
bla qies,
Hemm seħer li
jimlielek
Ir-ruħ, il-bogħod
min-nies.
Hemm int li qed
iġġebbed,
U ġġebbed mhux
bil-ftit,
Sabiex f’dal baħħ
jien negħereq,
Il-baħħ
tal-infinit.
Alfred Grech
22/11/2016
No comments:
Post a Comment