Tistaqsinix Għaliex.
Tistaqsinix
għaliex ilsieni ma jdurlix
U l-kelma ma
tiġix
Biex ngħidlek dak
li nħoss għalik.
Tistaqsinix għaliex kull darba li nkun ħdejk
Il- wisa’ ta’
madwari jdub
Jew lanqas ma
jesgħani.
Tistaqsinix għaliex
kull meta naħseb fik
Inħossni bħal
nixxiegħa
T’ilma li qatt ma
taqta’.
L-għala tkun tafu
waħdek
Bħal meta f’nofs
ta’ lejl tistembaħ
U tħoss ’l-min
imissek
U ’l-ħadd ma
tara.
Alfred Grech
16-06-2077
No comments:
Post a Comment