Int Kont it-Tifkiriet.
Int kont
it-tifkiriet li għadhom miegħi,
Is-sensazzjoni li
qed ngħix farfett jittajjar,
Il-ħabi ta’ kull
darba li sibt ruħi
Ma nafx xi ngħid,
intemtem, imma imħajjar.
Int kont dik
is-sorpriża mhix ta’ darba,
Kull meta fuq
l-imħadda ras għajjiena,
Int kont
is-sensazzjoni li ridt ninfed,
Li jien kont
dejjem hawn, kont dejjem jiena.
Jien kont qed
nisma’ leħen qalb l-irkejjen,
Bħal żiffa riħ li
tonfoħ minn hemm barra.
Jien kont qed
nisma’ d-diwi ta’ dik-għanja
Li jghanni
l-kantawtur mingħajkr kitarra.
Jien kont
is-skiet xħin taqa’ wkoll il-ħemda,
Xħin jiġi swied
il-qalb fuq dak l-imsejken,
Il-krib ta’ min
mill-ħajja kien imxebba,
Imm’inti tafni
wkoll bħal tfajjel ċkejken.
Esploratur
jiskopri l-kontinenti,
Gwardjana tħares
dawn is-sentimenti.
Alfred Grech
092/11/2016
No comments:
Post a Comment