Waqt Qasir.
Bħal meta nqum
filgħodu mbagħad nintenbaħ
Li ma kien xejn,
inkella ħolma ħelwa
Inkella ma kien
xejn kif kont qed taħseb,
Tintebaħ li
qarraqt biss bik innifsek,
Li jkun qed jiġri
biss li nibda’ naħseb
Li hemm int biss,
m’hemm xejn u m’hemm ħadd aktar.
U le ma kienx
għalxejn fejn int tellajtni,
Hemm fl-għoli fuq
is-sħab fejn jirgħu l-anġli.
Il-waqt kien wisq
qasir ‘mma xorta waħda
Ħassejtni ngħola ’l-fuq
minn nies tad-dinja,
Għalkemm kien
waqt qasir ma kienx hemm bħalu.
Alfred Grech
04/11/2016
No comments:
Post a Comment