Hekk Hi l-Burdata.
Hekk hi l-burdata ta’ dal-jum imċajpar,
Bix-xita nieżla u dalma kullimkien,
Jekk tiġi tħabbatli jien niftaħlek,
Jekk ma tiġix għax tkun waqft ximkien.
Hekk hi l-butdata tiegħi ta’ din l-għodwa,
Bħas-sema mgħaddab, dlam, u swied il-qalb,
Minn dil-medjokrita’ li ssaltan togħola
Dir-ruh sas-sema wkoll mingħajr it-talb.
M’għandekx il-bieraħ, lanqas għandek l-għada,
Int sirt bħal waqt li lanqas għandu tmiem,
Iġġorni kull fejn tmur, tkaxkarni miegħek
Lilhinn mix-xefaq u lilhinn miż-żmien.
Alfred Grech
20/11/2016
No comments:
Post a Comment