Friday, 1 December 2017



Il-Ħemda Tiegħek Saret abbissali.
Il-ħemda tiegħek saret abbissali
Bħax-xitwa kiesħa xxoqqlok l-għadam
Ma terħi l-ebda kelma.

Jekk tħares lejja ndura madwari
Biex nerġa’ nsib il-fdal tal-kompassjoni
U nfittex ftit ta’ spazju
Fejn mhemmx id-dalma.
Mhumiex biżżejjed il-fjakkoli jixgħelu
Il-wied tat-tenebri u tad-dwejjaq,
Għax ma kull pas li tagħmel qed tħallili
Ir-rima tad-dell tiegħek.

Jien naħseb biss li xejn u xejn ma nbidel
U għalhekk qed jistenniek
Minn waqt għall-ieħor.

Alfred Grech

01/12/2017 

No comments:

Post a Comment