Monday, 14 November 2016


X’Ikun Għalik Ifisser.

X’ikun għalik ifisser kull xħin ngħidlek
Li dak il-ħin inkun qed naħseb fik.
Bħal dell kull fejn immur insibek miegħi,
Bħal anġlu li wrajk jiġri bla jurik.

Hemm ħafna milli tgħidli li jbeżżgħani,
Hemm ħafna milli tgħid bla sens ta’ xejn,
Imbagħad xħin nerġa’ lura d-dar nistaqsi,
Dil-kobba mħabbla u dat taħwid għalfejn?

Hemm ħafna li ma nafx: mhux ser nistaqsi
Għax nibża’ li se nweġġa’ lili stess,
Kif jgħidu, l-għajn ma tara l-qalb le tuġgħa
U naf li flok ħaddieħor jien rifless.

Hemm ħafna affarijiet minn dak li tgħidli,
Aħjar moħbija jibqgħu ġewwa d-dlam.
Biex ngħixu kif jafuna n-nies tad-dinja
U qatt ma jsiru jafu x’fih id-dramm.

Hemm ħafna kliem li tgħidli u mank jinftiehem
U naħseb nibqa’ jien l-ossessjonat.
Kulltant nistħajjel li tkun int innifsek
Li tweġġa’ u tiġi b’ġismek mimli swat.

Alfred Grech

14/11/2016.

Saturday, 12 November 2016



Tistaqsinix Għaliex.

Tistaqsinix għaliex ilsieni ma jdurlix
U l-kelma ma tiġix
Biex ngħidlek dak li nħoss għalik.

Tistaqsinix  għaliex kull darba li nkun ħdejk
Il- wisa’ ta’ madwari jdub
Jew lanqas ma jesgħani.

Tistaqsinix għaliex kull meta naħseb fik
Inħossni bħal nixxiegħa
T’ilma li qatt ma taqta’.

L-għala tkun tafu waħdek
Bħal meta f’nofs ta’ lejl tistembaħ
U tħoss ’l-min imissek
U ’l-ħadd ma tara.

Alfred Grech

16-06-2077

Il Nostro Amore.
Il nostro amore e’ destinato a perdersi
Nei veicoli strani dell’inquetudine.
Nei sotterranei di un mondo che crolla
E nella delta di un fiume pagano.
Il nostro amore e’ distinato a perdersi
Nell’oscurita’ di una notte incosciente,
Dove i barbaganni e gli uccelli rapaci
Vagano nel buio che cancella.
Il nostro amore e destinato a perdersi
Nei limiti e al di fuori di noi
Nella storia che ci raccontiamo
E sulle sbarre d’errori sinceri.
Il nostro amore e destinato a perdersi
Perche’ alla prossima sosta, tu non ci sei.
Il-nostro amore e destinato a perdersi
Nella ampiezza dell’ oscurita’
Nella grandezza del suo valore
E nella fuga della sua immensita’
Alfred Grech
11/11/16 2106

Friday, 11 November 2016



Ħadd ma Jimla’ l-Ħolm li Joħlom.

Ħadd ma jimla’ l-ħolm li joħlom
Ħadd ma jersaq, jiġi ħdejk,
U jekk titlob, xejn ma taqla’
U ma ġġorr xejn ġewwa jdejk.

Ħadd ma jwieġeb xħin issejjaħ
Lil min tħobb ma jroddlok xejn,
Tikteb ktieb u ħadd ma jaqra’
U dal ġiri, dan, għalfejn?

U quddiem l-allat t’olimpu
Għalxejn tinżel għarkubtejk,
Sakemm għad issib xi mara
Li taqragħlek taf idejk.

Dan l-infern ta’ din id-dinja,
Għax xħin titlob ma taqlax,
Mingħalik li tista’ timraħ,
Iżda taħrab ma tistax.

Alfred Grech

11/11/2016


Ħadd ma Jimla’ l-Ħolm li Joħlom.

Ħadd ma jimla’ l-ħolm li joħlom
Ħadd ma jersaq, jiġi ħdejk,
U jekk titlob, xejn ma taqla’
U ma ġġorr xejn ġewwa jdejk.

Ħadd ma jwieġeb xħin issejjaħ
Lil min tħobb ma jroddlok xejn,
Tikteb ktieb u ħadd ma jaqra’
U dal ġiri, dan, għalfejn?

U quddiem l-allat t’olimpu
Għalxejn tinżel għarkubtejk,
Sakemm għad issib xi mara
Li taqragħlek taf idejk.

Dan l-infern ta’ din id-dinja,
Għax xħin titlob ma taqlax,
Mingħalik li tista’ timraħ,
Iżda taħrab ma tistax.

Alfred Grech
11/11/2016

Thursday, 10 November 2016



Min Se Jżommni F’Diż-Żurżieqa.

Min se jżommni f’diż-żurżieqa?
Min se jżommni ma niżloqx?
Tini jdejk ja ġmiel ta’ mara
Jista' kliemi wkoll ma idoqqx.

Min se jżommni f’dal vortiġ’ni?
Min se jżommni ma naqax,
Tini jdejk ja ġmiel ta’ mara,
Wkoll jekk saħħa ma baqax.

Qatt staqsejt biex tkun taf sewwa
Kif wasalt u ġejt hawnhekk,
Targa, tarġa’, pass war’ieħor
Għidli ftit, u x’ħadt b’daqshekk?

Inti f’ħadd ma tista’ twaħħal
U lil ħadd ma tista’ tlum,
Jekk sibt ruħħek f’din l-għadira
Iġri ara kif se tqum.

Kif sibt ruħħek ġo dil-basla
Dħalt ġo fiha bħal muntun
Ħadd ma ġiegħelek, ħadd m’ordnalek,
Żball tal-bieraħ bħal tal-lum.

Toqgħodx twaħħal f’dan u fl-ieħor
Toqgħodx tgħid kemm jien beżżul,
Ara x’tagħmel għamel wegħeda,
Għada rrid narak mibdul

Alfred Grech

10/11?2016

Wednesday, 9 November 2016





Jien Nerġa’ Nistenniek.

Jien nerġa’ nistenniek fit-tieni miġja
Xħin qalbi naqta’ li għad insib il-moħba
Deluż b’filmat li rajtu kemm il-darba
U bqajt ma xbajtx nistenna x-xema li tħenni.

Diskett ta’ tifkiriet li fasslu ħajjti,
Li jiġri b’mod invers sa nerġa’ lura
Fil-punt tat-tluq, hemmhekk fejn stajt kont qabel.

Int tista’ tkun is-salvazzjoni tiegħi
F’dal wied ta’ dmugħ quddiem dil-purċissjoni,
Fanal li juri t-triq fit-tentazzjoni
Bħal meta kont qed ħdejlk u kont nittawwal
Fil-ħbub t’għajnejk.

Alfred Grech.

09/11/2016