Sunday, 8 December 2019


Image result for lady Macbeth

Tebgħa.

Lady Macbeth: Out, damned spot! Out, I say!—One, two. Why, then, ’tis time to do ’t. Hell is murky!—Fie, my lord, fie! A soldier, and afeard? What need we fear who knows it, when none can call our power to account? . . . (Macbeth Att 5, xena 1)

Lanqas l-ilma kollu tal-oċean ma jkun biżżejjed
biex tnaddaf dik it-tebgħa
u għalxejn idejk taħsilhom
u tgħaddi n-nies biż-żmien
bit-teatrini u d-daħliet trijonfali
għax is-sokor biss għall-boloħ
u l-aljenazzjoni għall-ippassjonat
u għal min ma jridx jemmen dak li jara.
L-ebda gabirjola mhu sa tħassar
id-dnub li ma jorqodx.

Int tista’ tibqa’ tżfen
iż-żfin tal-ħallelin
iżda kun af li qed fix-xifer,
pass ieħor u daqshekk,
u karti x’tilgħab ma fadalx.

F’kull żmien jitwieldu l-boloħ
fil-jasar tal-allat
u l-gwejjda qatt ma ntebħu
b’dak kollu li serqulhom.

Alfred Grech
Festa tal-Kunċizzjoni
08/12/.2019

Saturday, 7 December 2019


Aħna Rridu Nemmnu

Aħna rridu nemmnu
li wara l-kantuniera
hemm xi ħaġa li tinħass,
inkella jirbaħ biss
id-dlam, ix-xejn, l-abbiss.

Fit-tama ta’ kull meta
Nitkellmu magħna nfusna
Inħossu l-ħjut jiġġebbdu
U r-riħ li jiġi jbusna.

Imbagħad irridu nemmnu
Fuq din it-triq il-wiesa’
Ninsabu taħt il-lenti
Tal-għajn li tara kollox
Biex hekk għad jiġi f’sikktu
 jiddaqqas il-miżien
Għal kulħadd u f’kull żmien.

Alfred Grech
07/12/2019.
 Image result for all seeing god


Friday, 6 December 2019


Image result for mysterious and beautiful  face


Xħin Niġi Biex Nitkellem.

Xħin niġi biex nitkellem jien nitfixkel
Għaliex fil-kliem li nlissen qiegħda ruħi
Jien ngħix inħares fiss xħin tħares lejja
U t-tnejn qiegħdin nistaqsu hix it-trejqa
Li twassal sad-desert fiċ-ċpar tal-lejla.
Fuq wiċċek hemm is-sewwa qed jitbissem
Is-sewwa li trid tgħidli ta’bla frilli
F’għajnejk hemm il-parir li qatt ma ħadtu
U f’ismek jiena nqanqal kull taqbida
Mat-tajjeb, mal ħażin fil-ġid u d-deni.

Alfred Grech
06.12.2019


Wednesday, 4 December 2019

Image result for advent


X’Nagħmlu Meta Joqrob Il-Milied.

X’nagħmlu meta joqrob il-Milied?
Meta qlubna jkunu mtaqqla bid-dwejjaq
U bit-toqol tal-imgħoddi?
Xħin nilmaħ lilek ngħid bejni u bejn ruħi
Int tiswa’ daqs il-poeżija
Li nsejt li kelli nikteb
Bħat trab li jtir mar-riħ
Ir-riefnu li jġorr il-weraq
Id-degħxa
Il-ħsibijiet li jirkbu dahar il-friefet
Bħaż-żnażen li jerdgħu il-ward
U mbagħad nistaqsi lili nnifsi
Dak li ridt ngħid
Mil-liema lewn minn tal-qawsalla
Tnissel?
Jonqosni sħaba kien nitla’ fuqha
U nħossni mġedded bħal qaddisin
Biex lanqas nemmen dak li ħadd ma ġarrab
U li għal ħajti kollha ttamajt fih
Jew nirkeb bastiment spazjali
U hekk lanqas int ma bqajt tarani.

Alfred Grech
04/12/2019

Tuesday, 3 December 2019


Image result for nero singing while rome is burning

Ejja Nagħmlu Bħal Poeti.

Ejja nagħmlu bħal-poeti
Indoqqu l-lira u ngħannu
Filwaqt li Ruma qed tinħaraq.

Ejja nagħmlu bħal Neruni
Insibu f’min inwaħħlu.

Imm’għaliex dan kollu jrid jispiċċa
Met’għadna biss fil-bidu?
Għaliex qed jidher ċar
Li ma kiien hemm tieqa oħra
Minn fejn ngħaddu?

Għaliex ma ltqajniex qabel?
Għaliex iltqajna llum?
Hemm żmien u baħar jaqsam
U l-firxa ta’ kull jum.

Alfred Grech
03/12/20190

Monday, 2 December 2019


Image result for rat in a cage

Lil Min Jipprova jiddefendi Dak Li Hu Indifensibbli.
(Jew Ahjar lil Minn Jipprova Jgħaddi Lin-Nies Biż-Żmien).

Int taħseb tista’ tibqa’
Jew tgħaddi n-nies biż-żmien?
Kulħadd jaf x’kont qed tagħmel
Għalik fil-qrib it-tmiem.

Dak kollu li kont tinseġ
Tar issa u sarlek suf
Għalxejn tipprova tgħawweġ
Is-sewwa hu magħruf.

Dak kollu li kont tinseġ
U tfassal qabel tlaqt
Ħsibt int li jibqa’ moħbi?
Se jkun magħruf daqwaqt.

Kun af li d-dnub jinkixef
Imqar jekk tibqa’ ddur
Xi toqba minn fejn toħroġ
Mintix se ssib, da żgur.

Tħammiġt mal-kriminali
U ħsilt idejk bid-demm
Ta’ min għawarek kixef
Trid issa titlaq ’l-hemm.

Iss’għidli b’min se tidħak
Inkella tgħaddi ż-żmien
Taf bik id-dinja kollha
Perrċuk ma kullimkien.


Alfred Grech
02/12/2019


Sunday, 1 December 2019



Image result for Demonstrations in Valletta

Arawhom Ġejjin

Arawhom ġejjin
Qeghdin jikxfukom
min huma l-ħatjin?

Ma smajtuhwiex
l-għajjta tal-kotra
Jaqaw ma tiswiex?

Ikkundannawkom
Mintomx taraw
Minn wara daharkom.

Tħares fejn tħares
kollox mitmum
togħmuha qares.

Kemm intom torox
Għax ma ħrabtux
Kemm intom ħorox?

Mimlija ħtija
Dan huwa ċar
M’hemmx x’tgħid mill-bqija.

Qerq trasparenti
jaħbat m’għajnejk
jidher taħt lenti,

Li mhux magħruf
jekk tħares sewwa
se jkun mikxuf.

Alfred Grech
01/12.2019