Monday, 27 July 2020


Lost Love - Home | Facebook

Int Bħal Uragan.

Int bħal uragan,
U jiena rrid niġbor
U nġonġi l-biċċiet li tħalli
Kull xħin tgħaddi.

Il-ward li offrejtlek
Mill-ġnien għammiel tal-qalb
U tax-xewqat imxennqa ta’ ruħ
Li xebgħet tilgħaq il-ġrieħi tagħha.

Jiena ridt nifhmek
Bħal min tisliba jimla bil-kliem li jsejjes
Fuq kull ħjiel li jista’ jislet.

Issa li m’għadekx magħna
Qtilt ukoll u dfint
Dak li kont qiegħda toqtol int
Bil-ftit il-ftit
U għalxejn taqqabtni b’ħarstek l-aħħar darba
Għaliex lura ma nerġgħa.

Ma rridx nibqa’ werżieq iwerżaq
Jekk lanqas għal xhiex niġġieled ma baqgħali.

Alfred Grech
27/072020.

Sunday, 26 July 2020


A Happy Death Quotes - MagicalQuote

Int Tgħid.

Int tgħid li trid tferraħni
tagħmilni wkoll kuntent,
bħal meta fuq ferita
iddellek ftit ungwent.

Int tista’  tkun l-iskuża
biex noħroġ minn dal-foss,
tax-xejn tal-eżistenza
mingħajr ma nagħmel ħoss.

Int tgħid li trid tfarraġni
bla naf minn fejn ġejjin
id-dwejjaq li jitwiedu
kurrenti għaddejjin,

Int tista’ tkun it-tila,
il-pinna tal-awtur,
strument ta’ mużiċista,
dettall f’kapolavur.

Alfred Grech
26/07/2020.


Saturday, 25 July 2020


Sisyphe ou le sens de l'absurde


Kemm Se Ddum?

Kemm se ddum, tiela’ u nieżel
Ittenni  ta’ kulljum
Dak li ġonġejt il-bieraħ
U x-xogħol qatt mhu mitmum.

Mid-dar trid tmur l-uffiċċju
U mill-uffiċċju għad-dar
U dejjem ħajja waħda
U ddumx għax il-ħin sar.

Bilfors hekk qalbek taqta’
U tgħid dan hu għalxejn,
Li l-ħajja bla tifsira
U tkompli tgħix għalfejn?

Trid tkun biss ossessjoni,
Jew ta’ min ma jaħsibx,
Ikompli f’dir-rutina
U b’dan la tistagħġibx.

Hemm biss il-ħsieb tal-għada
Min jaf ikunx bħal-lum,
U lill-allat t’olimpu
Tisfida ta’ kulljum.

Hemm biss li tibqa’ konxju
Mhu xejn dan ħlief duħħan,
Għax kollox irid jgħaddi
U xejn ma sar bil-għan.

Hemm biss li tuża moħħok
U fis issir ribell,
Taż-żmien u ċ-ċirkostanzi
U żieda fuq munġbell.

Alfred Grech
25/07/2020

Thursday, 23 July 2020


Love and the Laws of Space-Time. Love is energy that adheres to the… | by  Jerry Toth | Medium

Ħassejt.

Ħassejt iċ-ċaqliq ta’ġismek
Jiżżewweġ mal-bqija tad-dinja
U l-ħemda li fiha ridt tostorni
Kienet stedina għal mixja fit tul.

Ħassejt is-sejjħa divina
U lanqas naf għal xhiex
Jien kelli nwieġeb.
Jekk nimxu id f’id
Għad nistgħu noffru sbuħitek
lix-xemx, inkella lill-kwiekeb.

U xejn ma ngħaddu lil xulxin
Għajr offerta ta’ xewqat ħielsa.

Alfred Grech
23/07/2020.

Tuesday, 21 July 2020


Garrett Hurley on Twitter: "A man's home is his castle..... #roomtoimprove  #dermotshome @dermotbannon… "

Enstrangement.

To keep out the astonishing noise
Of those who poison their veins with nonentities
And those who have never touched
The gates of sweet illumination.
Then and only then my house will truly be
My castle.

I will find you in the violence of the waves that beat
Against  the boulders of a forlorn beach
And your return shall show me how
All of them were only  carven images
Digital creations of an imagined land
And that all I needed was
Your song.

Tell me! What was it
That carried me away
Into enstangement.?

Alfred Grech
21/07/2020.


Blonde Walking Away - 2d photo - face me | 3D Warehouse

U Issa Naf.

U issa naf ukoll li nista’ ngħaddi
Mingħajr taħbit il-mewġ ma xatt il-baħar,
Jew tqanqiliet l-għasfur tal-bejt filgħodu
Iħabbar sbieħ il-jum, mal-ħġieġ tat-tieqa.

U issa naf ukoll li nista’ ngħaddi
Mingħajr il-melodija li daqqejtli,
Jew l-għana seduċenti tas-sireni
Kull xħin ix-xema taqa’ minn widnejja.

Li ma nafx hu, jekk jien ngħaddix fil-ħemda
Taċ-ċelular li tilef issa n-numru
Tiegħek, inkella l-ħsejjes tat-takkuna
Xħin titlaq ’l-hemm mingħajr ma tlissen kelma.

Alfred Grech
21/07/2020.


Sunday, 19 July 2020


Shining bright star Royalty Free Vector Image - VectorStock

Int Biss Ja Kewkba.

Ghaddejt zmieni naghmilha mal-uhux
u fl-irriverenza tal-ballerini jizfnu
zifniet virtwali li jgongu ktajjen
ta’ kliem fieragh u duhhan minghajr tipjip.

Int biss ja kewkba li ma tiddix
ghax gmielek u kburitek fis-satra
tal anonimu trid jew ma tridx
kellek turini t-triq.

Fil-galleriji tal-grattcejeli u hmizrijiet ta’ bini
milqut minn dawl li ma jaghmix
qatt ma bsart li stajt tqawwili qalbi
u li fis-skiet tas-solitudni stajt
nilmah il-kuluri tas-semaforu.

Stharrigt biex nara nonsbokx
bil weghda tal-kalci qed ifur
izd’int malajr intbaht
li l-loghba tan-nar kien spicca
u xhin tistaqsini ghaliex fittixtek
imwiegbek li  ma nafx.

Alfred Grech.
19-07-2020.