Saturday, 30 July 2016



Kull darba li tgħidli biex naqbeż.

Kull darba li tgħidli biex naqbeż:
Jien nerġa’ lura.
Kull darba li tnewwili jdejk
Jiena nitħajjar.

Il-passi li mexjin lejn fejn se jwassluna?
Aħna li drajna l-marċ,
U r-ritmu tal-katuba,
Nisfuljaw dan l-univers,
Bħalkieku kien xi warda.

U l-għada jrid għajnjena biex jinqara.

Min jaf ma xiex nitlaqgħu waqt li nimxu
Għax hemm il-kukkudrilli f’qiegħ ix-xmara.

Alfred Grech

16-08-2014


Stennejtek.

Jien lilek stennejtek
Fuq l-irdum tat-tqanqiliet,
Fil-bogħod li bdejt inkejjel
Bejn dak li xtaqt u dak li seta’ kien
Bejn qabza’u oħra ta’ kull waqt
Kif hekk ħassejtniu drabi oħra..

Jien stennejtek
Fuq qċaċet il-mewġiet li  b’ritmu għami
Bdew jisfidaw il-ġebel għoli
Ta’ dak li jien kont naf iddekretat minn qabel.
U jien ma kelli ebda għażla
Ħlief ngħix dil-ħajja wisq ugwali
Bit-tama li dix-xitwa tgħaddi
U tgħaddi malajr.

Jien ġrejt warajk
Tul is-sqaqien ta’ swied il-qalb
Tul il-wesgħat ta’ delużjoni
Ta’ dak li kont qed twegħedni
Li ma kiern xejn għajr maltempata
Li għada għaddejja.

U issa li r-rebbiegħa ma tfattxatx
U t-tieni miġja tiegħek għada mbegħeda,
Tgħid għad ikun il-baħħ
Ta’ meta nkun fi ħdanet li jsalvani?

Stennejtek, u fuq li stennejtek.

Alfred Grech
30/07/2016


Friday, 29 July 2016



Hawn Għadni.

Hawn għadni, mintix tara,
Hawn għadni fuq din l-art,
Niġġieled ma min jiġi
Nitmiegħek ġo l-iskart.


Hawn għadni, hawn niġġerra,
Fejn qabel iġġerrejt
Fit-toroq tal-irħula,
Imm’issa nħossni għajjejt.

Inħoss li f’din  il-gżira
Din l-art li naf tassew,
Titbiegħed qegħeda minni
Ma ħbiebi li ntesew.

U baqa’ jien f’dir-roqgħa
Imdewda bid-dubbien
Intenni litanija
Ta’ dak li seta’ kien.

Alfred Grech
07/08/2015


Tiftakar kemm il-darba?

Tiftakar kemm il-darba
Infittxek ġejt bil-lejl,
Interraq dawn it-toroq
Fil-wisa’ ta’ bla kejl?

Tiftakar kemm il-darba
Inffittxek ġejt mill-qrib,
Fuq l-għolja mqaddsa Tiegħek
Imqar xi xrar insib?

Tiftakar kemm il-darba
Dil-wegħeda trid isseħħ,
Għajnejja qlajt inħares,
Fil-beraq qed ileħħ?

Illum għamiltu żmieni
Għax xewqti ma qtajtiex,
Bilfors irrid nammetti
Li ħsibt li kien, mhuwiex.

Għax dort id-dinja kollha,
U dortha dawra mejt
Jekk jien kont naf xi darba
Mnejn tlaqt, illum insejt.

Alfred Grech
27/07/2016





Mhux kliem jorbotni mieghek

Mhux kliem jorbotni mieghek,
Mhux leħen, mhux il-ħoss,
M’hemmx ritmi għaġġelija
Kull xħin nistkenn għar-rdoss.

Hemm fewġa ta’ fl-għaxija
F’das-skiet ma jaqta’ xejn
Tqanqila tfisser tewba
F’dix-xibka tagħna t-tnejn.

Ma nafx kif ser infisser,
Għax kliem hawnhekk ma jgoddx,
Jgħodd seħer il-misteri
Imqajjem, ma torqodx.

Hawnhekk tgħodd biss it-telqa,
Li tkeċċi wkoll kull ħsieb,
Iċ-ċaħda tal-Jien kburi,
Jistenna wara l-bieb.


29/07/2016

Thursday, 28 July 2016




Issa li ħarsti mielet.

Issa li ħarsti mielet
Malajr qabadni n-nagħas,
Kif ngħidlek x’għandi f’qalbi,
U dak li jweġġa’ r-ras?

Issa li lanqas nobsor,
Issa ma jimpurtax,
Darb’oħra ħares lejja
U għidli jekk taqrax

X’inhu li qed iħeddel
Il-mixi fuq quddiem
Is-serħ tal-moħħ il-biża’
Li nista’ ngħix fis-sliem.

Alfred Grech

28/07/2016

Tuesday, 26 July 2016



Tu Sei.

Tu sei quella che volevo
Non per quello che si vede …
Il corpo e solo una coperta
Di quello che sta dentro.

E’ li che voglio essserci
Perche’ ti posso comprendere
Perche’ dentro sono pochi
Che possono leggere
E mi vergogno
Quando non posso guardarti
Diritto negl’occhi
E dirti quello che
Voglio dirti.


Alfred Grech

26/07/20165