Saturday, 18 July 2020


Woman Walking Out of Sea Stock Footage Video (100% Royalty-free) 19660012 |  Shutterstock

Jiġi Żmien.

Jiġi żmien li mqar il-ward jitbiel
Imbagħad issir waħda minn dawk
Li nixba’ minnhom
Imqar jekk ngħidlek l-istess ħwejjeġ
Mingħajr ħabi
Inkun ninġonġi żewġt itruf li qajla jaqblu
U naf li l-ġrajja avventuruża tagħna
Ma baqgħaliex ġejjieni bnazzi
Għax jien m’għadnix nitmagħha
l-ħatab tal-ħuġġeġa.
U jista’ jkun ukoll li din tkun skuża
Biex jerġa’ jgħaddi
Jum ieħor.

Alfred Grech
18/07/2020.

Friday, 17 July 2020


Sailing boat on a calm sea surface stock photo © Goran Bogicevic ...

Iż-Żiffa Ma Qamitx.

Hekk kont ukoll ħlejt ħajjti
Fit-taraġ ta’ bla tmiem,
Minxur mal-kannizzata,
Mhu ġejt qatt il-quddiem.

Imbagħad xħin iċ-ċpar għadda
U l-ajru batta sew,
Sibt illi minn dak kollu
Ix-xejn fil-jiem l’għaddew.

Għaliex ħabib tistagħġeb
Bil-bżieżaq tas-sapun
U tgħid li ż-żmien bħar-riefnu
Imkien ma ssib raġun?

U dawk ta’ fuq il-mambar
Għalkemm kulllħadd paxxut
Qabżiet fi dlam l-abbissi
Mingħajr il-paraxut.

Dawk bħalek bil-kappestru
U bħalek ġew bi żball
Fid-dawl tax-xemx li tisreġ
U x-xema qed tinħall.

Jekk għadek tiggalleġġja
Din sħaba, ma damitx,
Hu biss għax ir-riħ naqas,
U ż-żiffa ma qamitx.

Alfred Grech.
17/07-2020.

Wednesday, 15 July 2020


SMYCKA Artificial flower - Lily, white - IKEA

Lily.

You may never be that angel
That shook me with your smile
And woke up the thousand sentinels
and contortions of the fantasy.

You may never be the sybil
Who brought home to me
The truths that  never were
Or the whisperings of a goddess
Bent on breaking promises.

Indeed you may have been
A simple temptation
That never got off ground
Fertilising the sweet memories
And the dark instincts of another age.

Alfred Grech
15.07.2020

Tuesday, 7 July 2020



Soul Searching: 7 Ways to Uncover Your True Path ⋆ LonerWolf
Jekk Jien Ghamejt.

Jien ghext il-hemda tieghek
fit-titubanzi ta’ jekk ghandix nafdak
u issa li tlaqt
il-poezija tidwi lehnek.
Jien ma baqghalix versi x’nikteb
ghax int kont imdorrija tghaddi minn quddiemi
titperrec fuq habel issikkat
minghajr hwejjeg
minghajr tebgha.
Kont tgfhidli bex niftakrek mhux kif int
izda kif kont nixtieqek.
Ghalhekk kif tridni issa
ma nimmutax
jekk jien ghamejt
u lanqas ma baqa’ xewqa
li nikteb il-poezija.

Alfred Grech
07/07/2020

Monday, 6 July 2020


Diagnosis of Amnesia

Hekk Nagħmel.

Hekk nagħmel jien nitlaq u nħallikom
Taħt it-tiġrif imtaqqal imtaqqla bin-nida ta’ filgħodu
Għax ma narax aktar nebħ
Ħlief dak tal-imwarrab li jħoss li hu l-barrani
Fin-nixi tal-ħin ineżorabbli.
Dawn il-kurrenti skontrużi ma jagħmlu ebda sens
Fi ħdan xtajta minsija fejn tistkenn mis-sussulti
U d-dwejjaq  tat-trufijiet li ma tarax.
Għasfur tal-passa bqajt li jaqsam l-oċean
Bil-ħsaibijiet li jinfdu dijademi mingajr irjus
Għaliex fejn qiegħed m’ghandix sabar
Iżda l-art li fuqha mmidd riġlejja
Ma tidher għad imkien inkella bla ma naf
Għaddejtha.
Għax dina wkoll hi amnesija
Jew għana tal-poeta li jinsa.

Alfred Grech
06/07/2020.

Sunday, 5 July 2020


 El duende Salaberry (@ElSalaberry) | Twitter
Xi  Jġiegħlni?

Xi jġiegħelni ta’ kuljum fl-abbissi ninżel,
fis-saltna  ta’ taħt l-art qalb din il-kruha;
ġo dan is-sotterran fin-niċċa tiegħi
niltaqa’ mad-dragun ibiegħ il-blugħa?

Jien naf li waqt bli nikteb dawn il-versi
u tasal sa widnejk din l-għanja fqira
int tħoss li qiegħda tmiss xi ħaġa soda
li postha sabet, u ġġbhiex bi kbira.

 Int taf li malli titlaq il-ħamiema
u tibqa’ ttir u tmur lil hinn mix-xefaq,
fuq ħabel issikkat trid tibda’ miexja
bħal min xejnb ma jibqaglu  u kollox nefaq

Tiċċassa u tqum iġġiegħlek minn fejn qiegħda
għalkemm ma dwarek int ma tafx fejun qiegħda.

Alfred Grech
05/07/2020.

Friday, 3 July 2020


Aluminum painting technique / How to draw a dancing girl under ...


154.

Dik kienet piuttura sabiħa. Aktar
Xejn ħlief duħħan, xintilli minn tal-kwiekeb
Is-seħer mhux ħlief li jidwi l-għana tiegħu
U żfint xħin tlajt fuq palk għall-ewwel darba
Imbagħad tiftakar tibqa’ mqar għal għomrok                                                    
Tilqima mnaqqxa leħħa tixgħel kewkba
Ta’ ragħda illi tidwi tibqa’ għal dejjem.
Kont tgħid l-eternita’ f’għajnejk tpetpita
Biex sibtni ’l-fuq mis-sħab intir u nogħola
U xħin is-seħer jitlaq ninżel l-isfel
U nibda’ ngħix mill-ġdid man-nies tad-dinja
Il-lewn tal-wiċċ fi tlugħ ix-xemx u nżulha
F’imħabba li tmur ’l-hemm minn xfar ix-xefaq
Miżien li jrid jinżamm fir-radda tiegħu.

Alfred Grech
03/07/2020